Make your own free website on Tripod.com

Legion of Mary
Home | Guest Book Please Sign It | Formola ta' l-applikazzjoni | Fuqna | Download | Kelma mil-President | Kelma mis-Segretarju | Fundattur | Devozzjoni tal-Legjun | Il-patruni tal-Legjun | Dmirijiet tal-Legjonarju | It-talb | Funzjonijiet

Merhba fis-siti
 

IMFITXXIJA MINN

madonna.jpg

Welcome to our web site!

Warning this web stie only applies for Maltese People
 
Merhba fis-siti tal-Legjun ta' Marija.Ahna nahdmu f'l-ghalqa tal-Mulej.Hloqna dan is-siti biex inkunu nistghu inheggu iktar lil tfal li ghadhom kemm ghamlu il-Grizma ta' L-isqof
 
 

Nixtiequ li intom titolbu hafna ghall-legjun ta' Marija

1.  L-icken taqsima tal-Legjun tissejjah praesidium. Din il-kelma bil-Latin kienet tintuza biex tfisser taqsima tal-Legjun Ruman b’xi dmir specjali, bhalma huma taqsima ta’ linja militari, post fortifikat, harsien ta’ belt.  Ghalhekk il-kelma praesidium qieghda f’postha meta tintuza ghal xi fergha tal-Legjun.

2.       Kull praesidium ghandu jissemma ghal xi titlu tal-Madonna, nghidu ahna, Sidtna Marija tal-Hniena, jew ghal xi wiehed mill-privileggi taghha, nghidu ahna, It-Tnissil bla Tebgha, jew ghal xi grajja mill-hajja taghha, nghidu ahna, Il-Visitazzjoni. Hieni dak l-isqof  li fi hdan id-djocesi tieghu jara numru bizzejjed ta’ praesidia li jiffurmaw bhal litanija hajja ta’ Marija.

 3.       Il-praesidium ghandu awtorita fuq il-membri tieghu kollha, u setgha  li jikkontrolla l-hidmiet taghhom.  Il-membri mill-banda   l-ohra, ghandhom jobdu bil-fedelta l-ordnijiet legittimi kollha    tal-praesidium.

4.       Kull praesidium ghandu jkun affiljat mal-Concilium Legionis, jew direttament jew permezz ta’ kunsill approvat bhalma jinghad aktar ‘il quddiem.  Inkella ma jkunx hemm tishib legjunarju.  Minn dan jigi li ebda praesidium gdid ma jista jitwaqqaf minghajr il-permess formali tal-Curia tieghu, jew (fejn m’hemmx Curia) minghajr il-permess ta’ kunsill oghla, jew fl-ahharnett minghajr dak  tal-Concilium. Il-praesidium ghandu jiddependi direttament minn korp ta’ tregija bhal dan.

5.       L-ebda praesidium ma jista’ jitwaqqaf f’parrocca minghajr il-kunsens tal-kappillan jew ta’ l-isqof.  Il-kappillan jew l-isqof ghandhom ikunu mistiedna jaghmlu c-cerimonja tal-ftuh.

6.       Il-praesidium ghandu jaghmel laqgha kull gimgha li ghandha titmexxa kif imfisser f’kapitlu 18, Kif issir il-laqgha tal-praesidium. Din ir-regola ma titbiddel qatt.  Jista’ jinghad u jerga jinghad li ghal hafna ragunijiet tajba, difficli ssir laqgha kull gimgha, u li  laqgha darba fix-xahar jew kull hmistax tilhaq l-iskopijiet kollha.  It-twegiba ghal dan hi li ghall-ebda raguni ma jista’ l-Legjun jaccetta li ma ssirx laqgha fil-gimgha, u ma jaghti lil ebda wiehed mill-kunsilli tieghu s-setgha li jbiddel din ir-regola.  Li kieku kellu jitqies biss il-kontroll tal-hidma attiva li tkun issir, laqgha ta’ darba fix-xahar forsi kienet tkun bizzejjed, ghalkemm ta’ min jiddubita minn dan jekk il-hidma tkun qed issir kull gimgha skond ir-regola.  Imma skop vitali tal-laqgha hu t-talb ta’ kull gimgha flimkien, u m’hemmx ghalfejn wiehed jghid li dan l-iskop ma jintlahaqx hlief b’laqgha ta’ kull gimgha. Laqgha ta’ kull gimgha tista’ tiswa sagrificcju.  Jekk il-Legjun ma jistax jitlob u jittama li jaqla’ dan mill-membri, fejn huma l-pedamenti biex jibni fuqhom is-sistema tieghu?

7.       Kull praesidium ghandu jkollu sacerdot bhala direttur spiritwali.  Ghandu jkollu wkoll president, vici-president, segretarju u tezorier. Dawn li ssemmew ghandhom ikunu l-ufficjali tal-praesidium u  r-rapprezentanti tieghu fil-Curia.  Id-dmirijiet taghhom jitfissru f’kapitlu 34, imma l-ewwel dmir taghhom hu li jaqdu d-dmir ordinarju tal-hidma, b’mod li jkunu ta’ ezempju ghall-membri l-ohra kollha.

8.       L-ufficjali ghandhom jaghtu lill-praesidium taghhom rapport  kull Laqgha tal-Curia, u b’hekk izommu lill-membri taghhom informati dwar dak li jkun qed isir fil-Curia.

9.       Id-direttur spiritwali jinhatar mill-kappillan jew mill-isqof, u jibqa’ hemm sakemm jogghob lil dawn. Direttur spiritwali jista’ jkollu t-tmexxija ta’ iktar minn praesidium wiehed. Jekk id-direttur spiritwali  ma jkunx jista’ jmur ghal-laqgha        tal-praesidium, jista’ jibghat sacerdot jew religjuz, jew f’cirkostanzi specjali legjunarju addattat (li jissejjah Tribun), biex jaghmilha minn floku. Ghalkemm id-direttur spiritwali ghandu jkun mgharraf bil-laqghat, mhuwiex mehtieg ghall-validita tal-laqgha li huwa jkun prezenti. Id-direttur spiritwali ghandu jitqies b’ufficjal tal-praesidium u ghandu jara li tithares kull awtorita legittima tal-Legjun.

 10.       Id-direttur spiritwali ghandu jkollu awtorita deciziva fil-kwistjonijiet religjuzi jew morali kollha li jitqajmu fil-laqgha tal-praesidium, u jista’ wkoll iwaqqaf kull hidma tal-praesidium sakemm jikseb id-decizjoni mehtiega minghand il-kappillan jew   l-isqof.

 

“Dan il-jedd hu arma mehtiega; imma bhal kull arma ohra ghandu jintuza b’ghaqal kbir u bi hsieb, li ma jisfax mezz ta’ tigrif flok ta’ harsien.  F’ghaqda mibnija u mmexxija sewwa, ma jkun mehtieg qatt li jintuza” (Civardi: Manwal tal-Hidma Kattolika).

11.Barra mid-direttur spiritwali, l-ufficjali tal-praesidium  jinhatr mill-Curia.  Jekk ma tkunx  tezisti Curia,  l-ufficjali  jinhatru  mill-korp oghla ta’ tmexxija.

 Hu jixtieq li ma jsirx diskors bil-miftuh fuq il-merti ta’ dawk li jistghu jilhqu ufficjali, li xi whud minnhom jistghu jkunu prezenti fil-laqgha.  Hi ghalhekk drawwa li, meta jitbattal post ta’ ufficjal, il-president tal-Curia, wara stharrig bir-reqqa (fuq kollox mad-direttur spiritwali tal-praesidium) bil-ghan ji jizgura ruhu mill-ahjar persuna, jissottometti l-isem lill-Curia; u l-Curia, jekk jidhrilha li kollox sewwwa, tista tahtar lil dik il-persuna. 

A).     Kull hatra ta’ ufficjal, barra mid-direttur spiritwali, ghandha tkun ghal zmien ta’ tliet snin. Li jista jiggedded ghal tliet snin ohra: fi kliem iehor, ghal sitt snin b’kollox.  Meta jghaddi dan iz-zmien, ufficjal ma jistax jissokta d-dmirijiet tal-kariga li kellu.

 B) It-tibdil ta’ uffucial minn kariga ghal ohra, jew ghall-istess kariga band’ohra, ghandu jitqies ‘hatra gdida. Ufficjal jista wara interval ta’ tliet snin, jerga’ jinhatar ghall-istess kariga fl-istess praesidium. Meta ufficjal, hi x’inhi r-raguni, ma jtemmx iz-zmien kollu ta’ tliet snin, huwa ghandu jitqies li temm iz-zmien ta’ tliet snin fid-data li jbattal il-kariga.  Imbaghad issehh ir-regola li ordinarjament  ghandha x’taqsam mat-tigdid tal-kariga, fli kliem iehor:

1.   jekk ihalli matul l-ewwel snin jista’, tul iz-zmien li kien ghad fadallu jservi, jinhatar ghal tliet snin ohra f’dik      il-kariga; u

2.   jekk ihalli matul it-tieni tliet snin, jinhtieg jghaddu tliet snin ohra minn meta halla l-kariga qabel ma jerga’ jinhatar ghal dik l-istess kariga.

“Il-kwistjoni ta’ kemm wiehed ghandu jibqa f’kariga ghandha tinqata’ fuq bazi ta’ principju generali.  Il-periklu li wiehed ghandu jzomm quddiem ghajnejh mill-bidu sa l-ahhar f’kull ghaqda, specjalment f’ghaqda volontarja u religjuza, hu li din jew xi fergha partikulari taghha ssir haga bla hajja.  Dan il-periklu hu tassew kbir.  Hi xejra fil-bnedmin li bil-mod il-mod l-entuzjazmu jmut, li jidhol baxx baxx spirtu ta’ rutina, li l-metodi jsiru dejjem l-istess, waqt li l-hazen li wiehed jiltaqa’ mieghu jitbiddel dejjem.

Dan il-process ta’ tahsir iwassal ghal hidma bla siwi u ghall-indifferenza hekk li l-ghaqda ma tibqax tigbed lejha u zzomm fiha l-ahjar xorta ta’ membri, u jitnissel stat li jixbah lil dak tal-mewt.  Jigri x’jigri, ghandna noqghodu attenti li dan ma jsirx fil-Legjun.  F’kull wiehed mill-kunsilli u l-praesidia tieghu ghandu jigi zgurat li jkun hemm nixxiegha t’entuzjazmu li ma jaqta qatt.

Jidher car li l-ewwel ma wiehed ghandu jahseb huwa fl-ufficjali, l-ghejjun naturali taz-zelu.  Dawn ghandhom jinzammu dejjem imkebbsa bil-hrara tal-bidu: u dan isir l-ahjar bit-tibdil.  Jekk    l-ufficjali jonqsu, kollox jidbiel.  Jekk huma jitilfu l-herqa u  l-entuzjazmu, il-korp li huma jmexxu jigrilu l-istess.  U l-aghar fost kollox hu li l-membri jikkuntentaw ruhhom b’dak il-mod dghajjef li bih jkunu miexja l-affarijiet, ladarba jahslu jidrawhom, b’mod li ma jkun hemm l-ebda tama ta’ rimedju hlief minn barra.  Fit-teorija, rimedju ghal dan jista’ jinstab f’regola li titlob li kull tant zmien trid terga’ tiggedded il-kariga ta’ l-ufficjali.  Imma fir-realta dan ma jkunx jiswa, ghax dawk li jriegu lanqas biss jintebhu li jkun hemm nuqqas ta’ progress, u fil-prattika jibdew igeddu l-kariga b’mod awtomatiku.

Hawn hekk fejn niltghaqu fil-basement tal-Fgura

paroccafgura.jpg

Dan hu l-artal li narmawh kull darba li issir il-Laghqa

altarlegion.jpg

 

Eletronic mail

 

Copyright 2007 Legion Of Mary Fgura