Legion of Mary
Home | Guest Book Please Sign It | Formola ta' l-applikazzjoni | Fuqna | Download | Kelma mil-President | Kelma mis-Segretarju | Fundattur | Devozzjoni tal-Legjun | Il-patruni tal-Legjun | Dmirijiet tal-Legjonarju | It-talb | Funzjonijiet

Devozzjoni tal-Legjun

Dvozzjoni

Ix-Xejra tad-devozzjoni tal-Legjun tidher fit-talb tieghu.  Il-Legjun hu l-ewwelnett mibni fuq fidi profonda f’Alla u fuq imhabbtu ghal uliedu.  Hu jrid jikseb glorja kbira mit-thabrik taghna u hu jsaffih u jgieghlu jaghti l-frott u jaghmlu perseveranti.  Ahna nitbandlu minn-estrem ta’ l-apatija ghall-estrem l-iehor t’ansjeta kbira ghaliex nahsbu li Alla qieghed ‘il boghod mix-xoghol taghna. 

Flok naghmlu hekk, ejjew nifhmuha tajjeb li l-istess fehma taghna ghat-tajjeb qieghda fina ghax nissilha hu, u nistghu biss inwettquha jekk jissokta jghinna hu.

Dak ix-xoghol li nidhlu ghalih hu ghal qalbu wisq aktar milli hu ghal qalbna.  Ahna nixtiequ nsiru qaddisin;  hu jixtieq dan miljun darba aktar minna.      

Dak li fuq kollox ghandu jqawwi qalb il-legjunarji hu l-hsieb li Alla, il-Missier tajjeb taghhom, jinsab dejjem maghhom fiz-zewg ghamliet tax-xoghol taghhom, jigifieri li jqaddsu lilhom infushom u li jaqdu lil ghajrhom.  Xejn ma jista’ jfixkilhom fit-triq tas-success hlief in-nuqqas ta’ tama.  Kieku jkollna fidi bizzejjed, Alla jinqeda bina biex nirbhu d-dinja ghalih.

“Ghax kull min hu mwieled minn Alla jeghleb lid-dinja.  Din hi r-rebha fuq id-dinja: il-fidi taghna” (1 Gw 5:4). “Temmen ifisser ‘titlaq lilek innifsek’ ghall-verita tal-kelma t’Alla l-haj ghaliex taf u taghraf bl-umilta kollha ‘kemm tassew hadd ma jista’ jgharbel il-gudizzju tieghu u jifhem it-triqat  tieghu!’ (Rum 11:33).  Marija, li ghax din kienet ir-rieda eterna ta’ Alla l-Gholi, sabet ruhha fil-qalba ta’ dawk ‘it-toroq li ma nistghux nifhmu’ u ‘l-gudizzji li hadd ma jista jgharbel’ t’Alla, qaghdet ghalihom fid-dawl dghajjef tal-fidi u b’mod shih u minnufih laqghet bil-qalb kull ma kien hemm fil-pjan t’Alla” (Rmat 14).  

1.     ALLA U MARIJA

Wara Alla, il-Legjun hu mibni fuq id-devozzjoni lejn Marija, “dak il-miraklu tal-ghageb ta’ l-Aktar Gholi” (Il-Beatu Piju IX).  Imma x’inhu l-post ta’ Marija nfisha quddiem Alla?  Hu halaqha mix-xejn bhalma halaq l-ulied kollha ta’ l-art; u ghalkemm hu, imbaghad ghollieha ghal grad ta’ grazzja wisq kbira u tal-ghageb, madankollu hdejn il-Hallieq taghha tibqa’ qisha xejn.  Tabilhaqq, hi kreatura tieghu aktar minn haddiehor, ghax maghha ghamel aktar milli ghamel ma’ kull kreatura ohra.  Aktar ma jaghmel maghha, hi aktar issir opra ta’ idejh.

Hwejjeg tassew kbar ghamel maghha.  Sa minn dejjem ta’ dejjem il-hsieb taghha kien f’mohhu flimkien ma’ dak tal-Feddej.  Sehibha mal-hsibeb mohbi tal-pjani tieghu tal-grazzja u ghamilha l-Omm vera ta’ Ibnu u ta’ dawk maghqudin ma’ l-iben.  Ghamel dan kollu, l-ewwelnett ghaliex minn Marija nfisha kien sa jirbah aktar milli seta’ jirbah mill-hlejjaq l-ohra safja kollha f’daqqa.  It-tieninett kellu hsieb li, b’mod li ahna ma nistghux nifhmuh bizzejjed, ikabbar b’hekk il-glorja li kien se jikseb minn ghandna.  Hekk it-talb u l-hidma ta’ mhabba li ahna noffru lil Marija, l-Omm u l-awziljatrici fil-Fidwa taghna, ma jissarrfux f’telf ghalih li ghamilha hekk.  Dak li jinghata lilha zgur imur, kollu kemm hu, ghalih.  Izda dan m’huwiex biss trasferiment, imma tkattir tal-merti. Marija hi aktar minn qaddejja fidila.  Hi ntghazlet biex tkun element vitali fil-pjan tieghu ta’ hniena b’mod li kemm il-glorja tieghu kif ukoll il-grazzja taghna jitkattru bis-sahha tal-presenza taghha f’dan il-pjan.

 

Hekk kif joghgob lill-Missier Etern li jilqa’, permezz ta’ Maria il-qima moghtija lilu, hekk ukoll hu ghogbu jahtarha biex tkun it-triq li minnha jaslu ghand il-bnedmin il-grazzji tat-tjieba kbira u s-setgha bla tarf tieghu, ibda mill-ghajn taghhom ilkoll: it-Tieni Persuna Divina maghmula bniedem, il-hajja vera taghna, il-fidwa wahdanija taghna.

“Jekk nixtieq li nkun niddependi mill-Omm, dan nixtiequ biex insir ilsir ta’ l-Iben.  Jekk nixtieq inkun taghha, dan nixtiequ sabiex naghti lil Alla l-qima ta’ l-ubbidjenza tieghi” (Sant’Ildefonsu).

 2. MARIJA, MEDJATRICI TAL-GRAZZJI KOLLHA

It-tama tal-Legjun f’Marija hi bla tarf, ghax jaf li Alla ried li s-setgha taghha tkun  bla tarf.  Kull ma seta’ jaghti lil Marija tahulha.  Kull ma setghet taqla’ qalghetu fil-milja tieghu.  Alla, minhabba fina, ghamilha mezz specjali tal-grazzja.  Meta nahdmu id f’id maghha, nersqu aktar lejh, u ghalhekk niksbu grazzji aktar bix-xaba’.  Tabilhaqq ahna nqieghdu ruhna fil-bahar tal-grazzja, ghax hi l-Gharusa ta’ l-Ispirtu s-Santu: hi twasslilna kull grazzja li Gesu Kristu rebah.  Ma naqilghu xejn li ma nafuhx mill-intercessjoni taghha ghalina.  Mhix kuntenta ti twaslilna kollox: hi taqlghalna kollox.  Mimli bit-twemmin f’din il-kariga ta’ Marija, il-Legjun jordnaha bhala devozzjoni specjali lill-membri tieghu kollha.

“Ahseb b’liema mhabba nhegga riedna Alla nqimu lil Marija meta naraw li hu gabar fiha l-milja ta’ kull gid: b’mod li kull tama, kull grazzja, kull fidwa, kollox – hekk nghid u ma ghandniex niddubitaw minn dan – jasal lilna permezz taghha”.  (San Bernard: Sermo de Aquaeductu).

3.     MARIJA MNISSLA BLA TEBGHA

It-tieni xejra tad-devozzzjoni tal-Legjun hi lejn Marija mnissla bla tebgha.  Fil-laqgha tal-bidunett il-membri talbu u hadu decizzjonijiet madwar altar zghir ta’ Marija mnissla bla tebgha, sewwa-sew bhal dak li llum jifforma c-centru ta’ kull laqgha tal-Legjun.  Barra minn hekk, wiehed jista’ jghid li l-Legjun ha l-ewwel nifs tieghu b’gakulatorja f’gieh dan il-privilegg ta’ Sidtna Marija,  privilegg li hejja it-triq ghall-glorja u ghall-privileggi l-ohra kollha li wara nghatawlha.

It-tnissil bla tebgha ta’ Marija jissemma fl-istess kliem li bih Alla weghedna l-ewwel darba lil Marija nfisha.  Il-privilegg hu bicca minn Marija: Marija hija l-imnissla bla tebgha u flimkien mal-privilegg, thabbru l-hwejjeg tas-sema li kellhom jigu mieghu: il-maternita divina, tishiq ras is-serp fil-Fidwa, u l-hatra ta’ Marija bhala Omm il-bnedmin.

“U jien inqajjem mibeghda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha, u hu jishaqlek rasek u int tishaqlu gharqubu”  (Gen 3:15).

Lejn dawn il-kelmiet, li Alla li jista’ kollox qal lix-xitan, il-Legjun idur bhal lejn l-ghajn tal-fiducja u l-qawwa tieghu fit-taqbida kontra d-dnub.  Ifittex b’hiltu kollha li jsir, fil-milja kollha, in-nisel, iben Marija, ghax hemm jinsab ir-rahan tar-rebha.  Aktar ma l-Legjun jaghmel lil Marija l-Omm tieghu, aktar tikber il-mibeghda bejnu u bejn is-setghat tal-hazen, u r-rebha tkun aktar shiha.

“Il-kotba tat-Testment il-Qadim u tat-Testment il-Gdid, flimkien mat-Tradizzjoni mqaddsa, juruna b’mod aktar car u jigbdulna l-attenzjoni ghas-sehem ta’ l-Omm tal-Feddej fil-pjan tas-salvazzjoni.  Il-kotba tat-Testment il-Qadim jiddeskrivu l-istorja tas-salvazzjoni, u huma  hejjew bil-mod il-mod il-migja ta’ Kristu fid-dinja.  L-izjed dokumeni antiki, kif jinqraw fil-Knisja u kif nifmuhom fid-dawl ta’ rivelazzjoni aktar shiha li giet wara, iqieghdu f’dawl aktar car ix-xbieha ta’ mara, l-Omm tal-Feddej. Meta nharsu lejha minn dan id-dawl, hi kienet diga mhabbra b’mod profetiku fil-weghda tar-rebha fuq is-serp li saret lil Adam u Eva  wara l-waqgha taghhom (ara Gen 3:15)” (LG 55). 

4.     MARIJA OMMNA

 Imma jekk ahna nistennew il-wirt taghha bhala wliedha, ghandu jkollna qima lejn il-maternita li permiezz taghha dan jaslilna.  It-tielt xejra tad-devozzjoni tal-Legjun lejn Marija hi l-gieh specjali lejha, blala l-Omm vera taghna, kif tabilhaqq hi.

 Marija saret Omm Kristu u Ommna x’hin ghat-tislima ta’ l-anglu hi tat il-kunsens umli taghha: “Ara, jiena l-qaddejja tal=-Mulej: ha jsir minni skond kelmtek!”. (Lq 1:38).  Dik il-maternita taghha kienet ipproklamata meta lahqet il-milja taghha, jgifieri meta nkisbet il-Fidwa.  Waqt it-tbatijiet tal-Kalvarju, minn fuq is-salib Gesu galilha: “Mara, hawn hu ibnek…. Hawn hi ommok” (Gw 19:26-27). Permezz ta’ san Gwann dawn il-kelmiet intqalu lill-maghzulin kollha.  Bil-kooperazzjoni shiha taghhan, bil-kunsens u t-tbatijiet taghha f’dan it-twelid spiritwali ta’ l-umanita, marija saret Ommna fis-sens l-aktar shih u perfett tal-kelma.

 Bhala wlied veri taghha, ghandna ngibu ruha bhala wlied dkejkna li jiddependu minnha f’kollox. Lilha ghandna nistennew li titmaghna, tmexxina, tghallimna, tfejjaqna mill-mard, tfarragna fin-niket, tifthilna ghajnejna fid-dubji, issejhilna lura meta nitbighdu; sabiex waqt  li nafdaw ruha ghal kollox f’idejha, nistghu nikbru fix-xebh ta’ huna l-kbir, Gesu, u naqsmu fil-missjoni tieghu li jissielet mad-dnub u jeghlbu.

 “Marija hi Omm il-Knisja mhux biss ghaliex hija Omm Kristu u l-persuna l-aktar maghquda mieghu intimament ‘fl-ekonomija l-gdida li biha l-iben t’Alla ha minn ha minn ghandha n-natura umana, biex ikun jita fil-misteru tal-gisem tieghu jehles il-bniedem mid-dnub’, izda wkoll ghaliex ‘hija tiddi quddiem il-komunita kollha tal-maghzulin bhala mudell tal-virtujiet’.  L-ebda omm ma tista’ tillimita x-xoghol taghha biex tiled biss.  Hi trid taghmel hilitha biex tghajjex u trabbi dan il-wild gdid.  Bl-istess mod l-Imqaddsa Vergni Marija, wara li hadet sehem fis-sagrificcju tal-Fidwa ta’ Binha, u ghamlet dan hekk mill-qrib li kien jisthoqqilha tigi ddikjara minnu bhala l-Omm mhux biss tad-dixxiplu tieghu Gwanni, izda – halluna naffermaw dan – ta’ l-umanita kollha li huwa b’xi mod jirraprezenta, issa mis-sema hija tkompli taqdi d-dmirijiet taghha ta’ omm bhala kooperatrici fit-twelid u fl-izvilupp tal-hajja divinia fl-erwieh individwali tal=-bnedmin mifdija.  Din hija verita ta’ l-aktar konsolazzjoni li skond ir-rieda hielsa t’Alla, li hu gherf bla tarf, taghmel sehem shih mill-misterju tas-salvazzjoni tal-bniedem; ghalhekk dan ghandhom jemmnuh l-insara kollha” (SM).

5. IS-SALVAZZJONI TAL-LEGJUN HI L-BAZI

TA’ L-APPOSTOLAT TAL-LEGJUN

Wiehed mill-eghzez dmirijiet tal-Legjun ghandu jkun li juri devozzjoni mill-qalb lejn l-Omm t’Alla.  Dan jista jsir biss billi kull membru jissieheb f’din id-devozzjoni b’meditazzjon serja u bi prattika kollha hrara.

Biex id-devozzjoni tkun tabilhaqqq prova ta’ qima legjunarja, din jehtieg tkun parti essenzjali tal-Legjun.  Dan hu obbligu tat-tishib daqskemm hu dak tal-laqgha ta’ kull gimgha, u tal-hidma attiva.  Kulhadd ghandu jiehu sehem f’din id-devozzjoni f’ghaqda perfetta.  Fuq din il-qima l-membri qatt ma jistghu jisimghu bizzejjed.

Izda din il-ghaqda  hi haga mill-aktar delikata ghaliex sa certu punt kull membru ghandu kontroll fuqha u jista’ jhasarha.  Ghalhekk kull wiehed hu marbut solennement li jhares din il-ghaqda.  Jekk ikun hemm ni nuqqas, jekll il-legjunarji ma jkunux “gebel haj mibni f’dar spiritwali” (1 Pt 2:5), parti vitali tal-bini tal-Legjun ma tkunx qieghda taghti sehemha.  Aktar ma dak il-gebel haj jonqos f’dan, aktar is-sistema tal-Legjun tersaq lejn ir-rovina, ma taghtix kenn lil uliedu u ghalhekk bilkemm tkun tista’ zzommhom.  Anqas u anqas ma tista’ tkun ghamara ta’ kwalitajiet gholja u qaddisa, jew il-bidu ta’ sforz qalbieni.

Imma jekk kulhadd jaqdi dmiru jif jixraq dan il-punt tas-servizz legjunarju, il-Legjun isir maghqud b’mod tal-ghageb fil-fehma, fl-iskop u fix-xoghol tieghu.  Din il-ghaqda hi hekk ghaziza fil-ghajnejn t’Alla, li libbisha b’qawwa irrezistibbli.  Jekk id-devozzjoni vera lejn il-Vegni Mbierka hi ghall-individwu mezz specjali ta’ grazzja, mela din x’ghandha tkun ghal dil il-ghaqda li hi dejjem qalb wahda fit-talb ma’ dik (Atti 1:14) li minghand Alla qalghet kollox, li taqsam fl-ispirtu taghha u li tidhol ghal kollox fil-pjan t’A;;a ghal dak li hu tqassim tal-grazzji!  Ma tkunx forsi ghaqda bhal din mimlija bl-Ispirtu s-Santu (Atti 2:4) u ma jsirux ukoll “hafna miakli u sinjali”? (Atti 2:43).

“Hi u titlob f’nofs l-appostli fic-cenaklu b’qalbha mimlija hrara u qawwa bla qies ghalihom, il-Vergni tnizzel fuq il-Knisja dak it-tezor li jghammar fiha ghal dejjem: il-milja tal-Paraklitu, l-ikbar rigal ta’ Kristu” (ISE 4). 

6. IMQAR LI MARIJA KIENET MAGHRUFA

Dan il-kliem li gej ta’ Fr Faber jiswa hafna ghal dak is-sacerdot li ghoddu qata’ qalbu jitqabad f’bahar ta’ bruda religjuza.  Hu jaghtih l-ewwel hjiel ta’ dak li l-Legjun jista’ joffrilu.  Is-silta hi mehuda mid-dahla ghat-trattat ta’ San Lwigi-Marija de Montfort Id-Devozzjoni Vera lejn il-Vergni Mbierka,  li hu ghajn bla tarf t’ispirazzjoni ghal-Legjun.  Fr Faber jghid li Marija mhix maghrufa u mahbuba n-nofs li ghandha tkun, b’konsegwenzi  koroh ghall-erwieh: “Id-devozzjoni lejha hi bierda, dghajfa u fqira.  M’ghandhiex fidi fiha nfisha.  Din hija r-raguni ghaliex Gesu mhux mahbub, l-eretici ma jikkonvertux, il-Knisja mhix migjuba; xi erwieh li jistghu jsiru qaddisin jinxfu u jidbielu; is-sagramenti ma jersqux ghalihom sewwa, u l-erwieh jintilfu ghaliex Marija tinzamm ‘il boghod minnhom.  Il-kawza ta’ tant difetti, tahsir, hazen, nuqqasijiet u telf hija d-dell mizerabbli u xejn xieraq li ahna nsejhu d-devozzjoni taghna lejn il-Vergni Mbierka.  Jekk ahna ghandna nemmnu fir-rivelazzjonijiet tal-qaddisin, Alla qieghed isus ghal devozzjoni akbar, aqwa, aktar shiha, devozzjoni ghal kollox differenti lejn l-Omm Imbierka tieghu…..Halli l-bniedem jippruvaha ghalih innifsu, u l-grazzji li din d-devozzjoni ggib maghha, flimkien mal-bidla li tnissel f’ruhu, jikkonvincuh malajr mis-setgha taghha li bilkemm titwemmen, bhala mezz ghas-salvazzjoni tal-bniedmin  u ghall-migja tas-Saltna ta’ Kristu”.

“Il-Vergni ghandha s-setgha qawwija li tishaq ras is-serp; l-erwieh maghqudin maghha ghandhom is-setgha li jirbhu lid-dnub.  F’dan ghandna nemmnu b’fidi shiha, b’tama soda.

 Alla lest jaghtina kollox.  Kollox izda jiddependi minna u minnek, ja Omm t’Alla li kollox taqla’, tahzen u tqassam!  Kollox jiddependi mill-ghaqda tal-bnedmin ma’ dik li kollox taqla’ minghand Alla! (Gratry).

 7. INRESSQU LIL MARIJA LEJN ID-DINJA

 Jekk id-devozzjoni lejn Marija taghmel tant ghegubijiet, meta l-iskop ewlieni taghna ghandu jkun li nhaddmu dan l-istrument jigifieri ni nressqu lil Marija lejn id-dinja.  U kif jista’ dan isir ahjar jekk mhux permezz ta’ ghaqda ta’ lajci, li tkun attiva, thobb lil Marija bil-qawwa kollha taghha tintrabat li tigbed lejha qalb kulhadd, u tinqeda bil-hidmiet kolla taghha biex tilhaq dan l-iskop?  Il-karattru lajk tal-ghaqda jiftah il-bibien ghal numru bla qies ta’ membri u l-attivita wiesgha taghha jirnexxilha tidhol kullimkien.

 Il-Legjun li jgib isem Marija bi kburija liema bhalha hu mibni fuq il-fiducja bla tarf u semplici fiha.  Hu jissahhar billi jnissel lil Marija f’qalb kull wiehed mill-membri tieghu.  Waqt li jzomm il-membri bhal bcejjec ta’ mekkanizmu li jahdmu f’armonija shiha ta’ lealta’ u dixxiplina, il-Legjun jemmen b’fiducja u bla presunzjoni li s-sistema tieghu tehtiew biss li tithaddem bl-id ta’ l-Awtorita tal-Knisja biex thaddan id-dinja.  Marija joghgobha tinqeda bil-Legjun bhala mezz biex twettaq il-hidma taghha ta’ Omm ghall-erwieh, u tissokta l-missjoni taghha bla heda li tishaq ras is-serp.

 “ ‘Kull min jaghmel ir-rieda t’Alla, dak huwa hija, u ohti, u ommi’      (Mk 3:35).  X’ghageb!  X’gieh!  Ghal liema grad ta’ glorja Gesu jerfaghna!  In-nisa jxandru bhala l-aktar ixxurtjata lil dik li wilditu f’din id-dinja; imma x’izommhom milli jiehdu sehem f’dik l-istess maternita’?  Hawn l-evangelju jitkellem dwar ghamla gdida ta’ tnissil, dwar genituri godda” (San Gwann Grisostmu).

Omm Gesu' Tfajjel

Copyright 2007 Legion Of Mary Fgura