Legion of Mary
Home | Guest Book Please Sign It | Formola ta' l-applikazzjoni | Fuqna | Download | Kelma mil-President | Kelma mis-Segretarju | Fundattur | Devozzjoni tal-Legjun | Il-patruni tal-Legjun | Dmirijiet tal-Legjonarju | It-talb | Funzjonijiet
Il-patruni tal-Legjun

Dawn huma il-patruni tal-legjun

  1. SAN GUZEPP

Fit-talb tal-Legjun isem San Guzepp jigi wara s-sejhat lill-Qlub ta’ Gesu u ta’ Marija, kif jigi warahom fis-Saltna tas-Sema.  Kien il-kap tal-Familja Qaddisa u kellu responsabbilta ewlenija u ghal kollox specjali lejn Gesu u Marija.  Dan l-ikbar fost il-qaddisin ghadu jwettaq l-istess hidma mal-Gisem Mistiku ta’ Gesu u l-Omm tieghu.  L-ezistenza u l-hidma tal-Knisja, u ghal-daqstant tal-Legjun, huma meghjuna minnu.  Il-harsien tieghu hu kontinwu, ta’ siwi u maghmul bi hlewwa ta’ missier; il-qawwa tieghu tigi biss wara l-qawwa materna ta’ Marija, u hekk ghandu jitqies mil-Legjun.  Biex inhossu l-qawwa ta’ mhabbtu, jinhtieg nifthu qalbna berah ghaliha b’imgiba li tixhed l-interess kbir li hu jiehu fina.  Hu kien dejjem f’mohh Gesu u Marija, u huma kienu dejjem rikonoxxenti lejh ghal kulma kien jaghmel ghalihom.  Hekk ukoll il-legjunarji ghandhom izommuh f’mohhom b’mod li ma jaqta qatt.

 Is-solennita' ta’ San Guzepp, l-gharus ta’ l-Imqaddsa Vergni Marija, issir fid-19 ta’ Marzu. It-tifkira ta’ san Guzepp Haddiem issir fl-1 ta’ Mejju.

 “Ma nistghux nifirdu l-hajja storika ta’ Gesu mill-hajja Mistika tieghu li tissokta fil-Knisja.  Mhux ghalxejn il-Papiet ipproklamaw lil San Guzepp protettur tal-Knisja.  Ix-xoghol tieghu baqa dejjem l-istess fost it-tibdil taz-zminijiet u tad-drawwiet.  Bhala protettur tal-Knisja ta’ Kristu jissokta jwettaq xejn anqas il-missjoni tieghu fuq l-art.  Minn zmien Nazaret il- familja t’Alla kibret u xterdet ma’ l-erbat irjieh tad-dinja.  Qalb Guzeppi kibret mad-daqs tal-paternita' gdida tieghu li tissokta, u tisboq, il-paternita' mweighda minn Alla lil Abraham, missier kotra bla ghadd.  Alla ma jitbiddilx fil-mod kif jimxi maghna; ma jergghax jibdielu, u lanqas iqalleb il-pjan tieghu kif gieb u lahaq.  Kollox unit, ordnat, konsistenti u kontinwu.  Guzeppi, il-misier putattiv ta’ Gesu, hu wkoll il-missier putattiv ta’ l-ahwa  ta’ Gesu, jigifieri ta’ l-Insara taz-zminijiet kollha.  Guzeppi, l-gharus ta’ Marija li wildet lil Gesu, jibqa maghqud misterjozament maghha waqt  li jissokta fid-dinja t-twelid mistiku tal-Knisja.  Ghalhekk il-legjunarju ta’ Marija, li qed jahdem biex ikabbar is-Saltna t’Alla hawn fl-art, jigifieri l-Knisja, bir-ragun jitlob il-harsien specjali ta’ dak li kien il-kap tal-Knisja sewwasew kif tiweldet, il-Familja Qaddisa” (Il-Kardinal L. J> Suenens).

  2.      SAN GWANN L-EVANGELISTA

Imsemmi fl-evangelju bhala “d-dixxiplu li Gesu kien ihobb”, San Gwann jidher hemm bhala l-mudell tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Gesu.  Fidil sa l-ahhar, zamm ma’ dik il-Qalb sakemm raha msikkta u minfuda fil-mewt.  Wara jidher bhala l-mudell tad-devozzjoni lejn il-Qalb bla tebgha ta’ Marija.  Hu nnifsu kien safi daqs anglu u ha l-post li Gesu stess kien jimla.  Hu baqa jhobb lil Marija bhala iben sakemm hi wkoll temmet hajjitha fuq din l-art.

Izda t-tielet kelma tal-Mulej minn fuq is-salib ma kinitx biss hsieb ta’ l-Ibej lejn Ommu l-Imbierka.  Il-Mulej lemah f' San Gwann il-bnedmin kollha, imma l-iktar lil dawk li bil-fidi kienu sa jinghaqdu mieghu.  B’hekk ixxandret il-maternita' ta’ Marija lejn il-bnedmin – il-hafna ahwa li fosthom Kristu nnifsu kien l-ewwel-.  San Gwann kien ir-rapprezentant ta’ dawn  l-ulied godda kollha, l-ewwel fost il-werrieta, mudell ghal dawk li kellhom jigu warajh, hu qaddis li lejh il-Legjun ghandu jkollu qima mill-qalb.

Hu habb lill-Knisja u lil kull ruh fiha, u ntefa’ b’ruhu u b’gismu ghas-servizz taghha.  Kien appostlu, evangelista u kellu l-merti ta’ martri.

Hu kien is-sacerdot ta’ Marija, u ghalhekk hu patrun specjali tas-sacerdot legjunarju fis-servizz tieghu f’dik il-ghaqda li tfittex li tkun xbieha hajja ta’ Marija.

Il-festa tieghu issir fis-27 ta’ Dicembru.

“Mela kif Gesu lemah lil Ommu u lid-dixxiplu li kien ihobb wieqaf hdejha, qal lil Ommu: ‘mara, hawn hu ibnek’.  Imbaghad qal lid-dixxiplu: ‘Hawn hi Ommok’.  U minn dak il-hin id-dixxiplu hadha ghandu”. (Gw 19:26-27). 

3.      SAN LWIGI-MARIJA DE MONTFORT

 “Minhabba decizjonijiet ohra li ma kellux ikun hemm patruni partikolari u lokali,    id-dhul ta’ isem il-Beatu Grignion de Montfort ghall-ewwel jista’ jidher barra minn postu.  Izda wiehed jista’ jghid bla tlaqliq li ebda qaddis ma kellu x’jaqsam iktar minnu ma’ l-izvilupp tal-Legjun.  Il-Manwal huwa mimli bl-ispirtu tieghu.  It-talb itenni l-istess kliem tieghu.  Tabilhaqq hu s-surmast tal-Legjun; u ghalhekk il-Legjun ghandu kwazi obbligu morali li jsejjahlu fit-talb tieghu” (Decizjoni li biha l-Legjun qieghed l-isem tal-Beatu Grignion de Mntfort fil-lista tas-sejhat).

 Gie ddikjarat qaddis fl-20 ta’ Lulju ta’ l-1947, u l-festa tieghu issir fit-28 ta’ April.

 “Mhux biss fundatur, izda wkoll missjunarju!  U iktar minn missjunarju, ghax fih nilmhu xi haga aktar: Hu duttur u teologu li tana Marjologija li bhalha hadd qablu ma kien fassal.  Gharbel hekk fil-fond l-gheruq tad-devozzjoni Marjana, u daqshekk wessa’ x-xefaq taghha, li minghajr dubju ta’ xejn sar il-habbar tal-grajjiet kollha ta’ Marija fi zminijietna: minn Lourdes sa Fatima, mid-definizzjoni tat-tnissil bla tebgha sal-Legjun ta’ Marija.  Sar il-habbar tal-migja tas-Saltna t’Alla permezz ta’ Marija, u l-prekursur tas-salvazzjoni tant mixtieqa li fil-milja taz-zminijiet il-Vergni Omm Alla ghad iggib fid-dinja permezz tal-Qalb taghha bla tebgha” (Federico Kardinal Tedeschini, Arcipriet ta’ San Pietru: Diskors ta’ l-inawgurazzjoni ta’ l-istatwa ta’ San Lwigi-Marija de Montfort f’San Pietru, nhar it-8 ta’ Dicembru ta’ l-1948).

 “Jiena qed nara car minn issa li ghad jigu bhejjem feroci, jirtoghdu bir-rabja, biex iqattghu dan il-ktejjeb bis-snien imxajtna taghhom u li dak li bih inqeda l-Ispirtu       s-Santu biex jiktbu; jew biex jidfnuh fid-dlam u s-sikta ta’ xi senduq u qatt ma jidher aktar u jintesa.  Huma jattakkaw u jippersegwitaw ukoll lil dawk li jaqrawh u jipprattikawh.  Izda x’jimporta?  Anzi dan ikun ta’ gid.  Din id-dehra tqawwili qalbi u gieghelni nitttama f’success kbir,  legjun kbir ta’ suldati qalbiena u ta’ hila ta’ Gesu u ta’ Marija, irgiel u nisa lesti biex jiggieldu kontra d-dinja, ix-xitan u n-natura mhassra tal-bniedem fiz-zminijiet li gejjin meta l-periklu jkun wisq akbar!” (San Lwigi-Marija de Montfort (miet fl-1716), DV 114).

4.      SAN MIKIEL ARKANGLU

“Ghalkemm hu l-princep tal-qtajja tas-sema, San Mikiel juri l-ikbar hegga biex iqim lil Marija u jgieghel lil haddiehor iqimha, waqt li dejjem jistenna bil-herqa li jkollu l-gieh li hi tqabbdu jmur jghin lil xi hadd fost il-qaddejja taghha” (Santu Wistin).

San Mikiel kien dejjem il-patrun tal-poplu l-maghzul,  l-ewwel tal-Ligi l-Qadima u mbaghad tal-Gdida.  Huwa jibqa’ d-difensur leali tal-Knisja.  Imma l-protezzjoni li dejjem ta’  lil-Lhud ma waqfitx meta huma qabdu triq ohra.  Anzi saret aktar qawwija, ghax jehtiguha u ghaliex huma mir-razza ta’ Gesu’, ta’ Marija u ta’ Guzeppi.             Il-Legjun iservi taht San Mikiel.  Taht l-ispirazzjoni tieghu ghandu jistinka               bl-imhabba ghall-konverzjoni ta’ dak il-poplu, li mieghu l-Mulej ghamel patt ta’ mhabba ghal dejjem.

Il-festa tal-“kaptan ta’ l-ezerctu tal-Mulej” (Goz 5:14) issir fid-29 ta’Settembru.“Skond ir-Rivelazzjoni, l-angli li jehdu sehem fil-hajja tat-Trinita' fid-dawl tal-glorja, huma msejhin biex jaghtu sehemhom fl-istorja tas-salvazzjoni tal-bnedmin    fil-mumenti stabbiliti mill-Providenza Divina.

‘Mhumiex huma wkoll spirti qaddejja, mibghutin biex jaqdu lil dawk li ghandhom jiksbu s-salvazzjoni?’ Jistaqsi l-awtur ta’ l-ittra lil-Lhud (1:14).  Il-Knisja temmen u tghallem dan ghax insibuh fil-Kotba Mqaddsa fejn naqraw li l-hidma ta’ l-angli t-tajbin hija li jharsu l-bnedmin u jhajruhom jimxu fit-triq tas-salvazzjoni” (Il-papa Gwanni Pawlu II, Udjenza Generali tas-6 ta’ Awissu ta l-1`986).

5 .      SAN GABRIJEL ARKANGLU  

F’xi liturgiji, San Gabrijel u San Mikiel huma msemmija flimkien bhala rebbieha u princpijiet, mexxejja ta’ l-ezerctu tas-sema, kaptani ta’ l-angli, qaddejja tal-glorja divina, ghassiesa u gwidi tal-bnedmin.

 San Gabrijel hu l-Anglu tat-Thabbira.  Kien permezz tieghu li t-tifhir tat-Trinita' Qaddisa wasal lil Marija; li l-misteru tat-Trinita' gie mgharraf ghall-ewwel darba      lill-bniedem, li thabbret l-Inkarnazzjoni, li t-tnissil bla tebgha ta’ Marija gie ddikjarat, li nstemghu l-ewwel noti tar-ruzarju.

 Aktar ‘il fuq issemmiet il-herqa li San Mikiel ghandu ghall-poplu Lhudi.  Forsi wiehed jista’ jghid l-istess dwar San Gabrijel u l-Misilmin.  Dawn jemmnu li kien hu li tahom ir-religjon li jhaddnu.  Dik l-asserzjoni, ghalkemm bla bazi, tirrapprezenta certa attenzjoni  lejh.  Huwa jfittex li jroddha lura b’mod xieraq, jigifieri billi jdawlilhom mohhhom b’taghrif dwar ir-rivelazzjoni Nisranija, li taghha hu kien il-kustodju.  Izda wahdu ma jistax iwettaq dik il-bidla.  Il-bniedem irid jikkoopera u dejjem ghandu jaghti s-sehem tieghu.

 Gesu u Marija – haga li tista’ tidher stramba – ghandhom post gholi fil-Qur’an.  F’dak il-ktieb jidhru kwazi bhal fl-Evangelju, izda li ma jaghmlu xejn.  Dawn iz-zewg Persuni qaddisa jithallew jistennew hekk fl-Islam sakemm xi hadd jghinhom jispjegaw il-pozizzjoni taghhom u jinsistu ghad-drittijiet taghhom.  Il-Legjun diga’ wera li ghandu talent ghal dan, u l-membri tieghu qeghdin jigu milqugha tajjeb ferm mill-Misilmin.  F’dak il-materjal tal-Qur’an kemm hemm punti ta’ siwi li wiehed jista’ jispjega!

 Il-festa ta’ San Mikiel, San Gabrijel u San Rafel tigi ccelebrata fid-29 ta’ Settembru.

 “Il-Kotba Mqaddsa juruna wiehed mill-oghla personaggi tan-nobbilta' tal-genna mibghut f’ghamla li tidher biex ihabbar lil Marija l-Misterju ta’ l-Inkarnazzjoni.  Marija giet mitluba li ssir Omm Alla permezz t’anglu ghaliex bil-maternita’ divina taghha kellu jkollha sovranita’, qawwa u hakma fuq l-angli kollha.  ‘Nistghu nghidu, ‘jikteb il-Papa Piju XII, ‘li l-Arkanglu Gabrijel kien l-ewwel messaggier mis-sema  tal-missjoni rjali ta’ Marija’ (ACR 34).  Gabrijel huwa mweggah bhala patrun ta’ dawk li jidhlu ghall missjonijiet importanti, li jwasslu ahbarijiet importanti ghal Alla.  Huwa wassal il-messagg t’Alla lil Marija.  F’dak il-waqt hija kienet flok il-bnedmin kollha, u hu kien jirraprezenta lill-angli kollha.  Il-kliem li qalu ‘l xulxin, li jkomplu jispira lill-bnedmin sa l-ahhar tad-dina, ifforma ftehim li fuqu ghad jinbnew ‘sema gdid u art gdida’.  Kemm kien tal-ghageb, mela, dak li tkellem ma’ Marija; kemm nonqsu jekk nghidu li l-parti tieghu kienet biss wahda passiva.  Huwa kien imdawwal ghall-ahhar u ta xhieda ta’ hila l-aktar kbira.  Mimli qima lejn Marija, huwa wiegeb bis-shih kull mistoqsija li ghamlitlu, ghax huwa kien il-kelliem u l-messaggier t’Alla.  Mil-laqggha bejn Gabrijel u Marija hareg it-tigdid tal-holqien.  Eva l-gdida biddlet il-herba li batghet l-ewwel Eva.  Adam il-gdid, bhala r-Ras tal-Gisem Mistiku li jhaddan l-angli, feda mhux biss l-umanita, imma wkoll l-unur ta’ l-angli li safa’ mtabba’ mill-angli l-hziena” (Dr Michael O’Carroll, C.S.Sp).

6.      SETGHAT TAS-SEMA, LEGJUN TA’ L-ANGLI TA’ MARIJA 

“Regina Angelorum! Sultana ta’ l-Angli! X’seher u hlewwa tal-genna jgibilna dan il-hsieb ta’ Marija Ommna mdawra bla gheda b’legjuni ta’ angli” (Il-Beatu Gwanni XXIII). 

"Marija hi l-general ta’ l-ezercti t’Alla.  L-angli huma s-suldati  l-aktar glorjuzi ta’ dik li hi tal-biza bhall-ezerctu lest ghat-taqbida!”  (Boudon: L-Angli).

L-angli kienu msejjha fit-talb tal-Legjun sa mill-bidu.  Il-forma tas-sejha kienet:

San Mikiel Arkanglu, itlob ghalina

Imqaddsa Angli Kustodji, itolbu ghalina 

 F’dan wiehed ghandu jhoss li l-Legjun kien ispirat, billi fil-bidu ma kinitx tidher daqstant cara r-relazzjoni fil-qrib li l-angli ghandhom mal-Legjun.  Aktar ma ghadda z-zmien, aktar beda jidher car kemm hu xieraq li l-legjunarji jirrikorru ghand l-angli.  Fehmu li fit-taqtigha legjunarja fuq l-art, l-angli qed jaghmlu l-parti taghhom mis-sema.  Din ir-rabta ghandha aspetti differenti.  Kull legjunarju, kemm attiv kif ukoll awzilarju, ghandu anglu kustodu li jitqabad daqqa ghal daqqa magenbu.  F’certu sens dik il-taqbida tfisser aktar ghall-anglu milli ghal-legjunarju, ghax l-anglu jifhem car x’hemm fin-nofs: il-glorja t’Alla u s-siwi ta’ ruh li ma tmut qatt.  Ghalhekk l-interess ta’ l-anglu hu mill-aktar qawwi u l-ghajnuna tieghu ma tonqos qatt.  Imma l-angli l-ohra kollha ghandhom ukoll interess f’din it-taqbida.  Per ezempju, dawk kollha li l-Legjun jahdem ghalihom ghandhom l-anglu kustodju taghhom li jaghtu l-ghajnuna taghhom. 

Minbarra dan, l-eserctu kollu ta’ l-angli hu herqan li jiehu sehem fil-glieda.  Ghaliex it-taqbida taghna hi parti minn gwerra kbira li sa mill-bidu huma ghamlu bla waqfien kontra x-xitan u l-qaddejja tieghu. 

L-angli huma moghtija post li jimpressjona kemm fit-Testment il-Qadim kif ukoll fil-Gdid fejn jissemmew mijiet ta’ drabi.  Huma meqjusa li jimxu mal-bnedmin fit-taqbida taghhom u ghandhom il-missjoni li jharsu mill-qrib lill-bnedmin.  Jidhlu f’mumenti importanti.  Kemm il-darba nsibu l-frazi: “Alla baghat l-anglu tieghu”.  Id-disa kori ta’ l-angli kollha huma b’xi mod ghassiesa: fuq il-bnedmin wiehed wiehed, fuq il-postijiet, fuq l-ibliet, fuq il-pajjizi, fuq in-natura, u xi whud sahansitra fuq angli ohra shabhom.  L-iskrittura turina li l-pajjizi pagani wkoll ghandhom l-angli  kustodji taghhom (Dan 4:10,20; 10:13).  Il-kori ghandhom dawn l-ismijiet: angli, arkangli, kerubini, serafini, qawwiet, principati, troni, virtujiet u dominazzjonijiet.

 Ghaldaqstant, il-fatt hu li l-angli huma t’ghajnuna kemm flimkien kif ukoll wiehed wiehed, u s-sehem li qeghdin jaghtu jixbah lil dak ta’ qawwa ta’ l-ajru fir-relazzjoni taghha ma’ l-armata ta’ l-art.

 Fl-ahhar deher car li s-sejha lill-angli kif kienet fil-bidu ma kenitx turi din il-missjoni ta’ harsien universali li ghandhom l-angli.  Gie deciz:

 1.      li tinbidel u tigi moghtija forma ahjar:

2.      li l-kelma “Legjun” ghandha tkun marbuta ma’ l-angli.  Il-Mulej innifsu darba uza dil-kelma ghall-angli u qaddisha billi b’dal-mod qeghedha fuq xufftejh.  Meta kien mghedded mil-ghedewwa tieghu, huwa qal: “Tahseb int li ma nistax nitlob lil Missieri u jibghatli issa stess aktar minn tnax il-legjun ta’ angli?. (mt 26:53).

3.      li l-isem ta’ Marija ghandu jigi mdahhal fis-sejha.  Hija s-Sultana ta’ l-Angli.  Hi tassew il-Kmandant tal-Legjun ta’ l-Angli u tkun grazzja gdida ghal-Legjun taghna li jsellmilha b’dak it-titlu li ghandu tifsira tant profonda.

 Wara diskussjoni fit-tul fil-Legjun kollu, fid-19 ta’ Awissu tal l-1962 din is-sejha inbidlet u saret hekk:

 “Setghat tas-sema, Legjun ta’ l-Angli ta’ Marija, itolbu ghalina”.

 It-tifkira ta’ l-Angli Kustodji  ssir fit-2 ta’ Ottubru.

 Hemm assocjazzjoni, imsejha Philangeli, li ghandha bhala skop li xxered taghrif fuq l-angli u d-devozzjoni lejhom.  Ic-centru principali taghha huwa: Salvatorian Fathers, 129 Spencer Road, harrow Weald, Middlesex HA3 7BJ, l-Ingilterra.

 "Is-sovranita' ta’ Marija fuq l-angli m’ghandhiex tittiehed biss bhala gieh.  Il-post regali taghha huwa li tiehu sehem f’dak ta’ Kristu, u hu jahkem b’mod assolut u universali l-holqien kollu.  It-teologi ghadhom ma spjegawx il-manjieri kollha li bihom Marija ssaltan flimkien ma’ Kristu Re.  Imma hi haga cara li s-sovranita' taghha hija ghajn t’azzjoni, u li l-effetti ta’ din l-azzjoni jaslu sat-truf kemm ta’ l-univers li jidher kif ukoll ta’ dak li ma jidhirx.  Hija tidderiegi l-ispirti t-tajba  u tikkontrolla l-hziena.  Permezz taghha ssir din l-ghaqda li ma tinhall qatt bejn is-socjeta' tal-bnedmin u dik ta’ l-angli, li biha l-holqien kollu jitmexxa lejn l-iskop veru tieghu: il-glorja tat-Trinita’.  Is-sovranita' taghha hija t-tarka taghna, ghaliex l-Omm u l-protettrici taghna ghandha s-setgha tikkmanda lill-angli biex jghinuna.  Ghaliha dan ifisser li tiehu sehem attiv ma’ Binha biex jiddghajjef u jinqered l-imperu tax-xitan fuq il-bnedmin” (Dr Michael O’Carroll, C.S.SP.).

  7.      SAN GWANN BATTISTA  

Huwa fatt stramb li wiehed ma jistax jispjegah malajr, kif San Gwann Battista ma kienx imqieghed formalment fost il-patruni tal-Legjun qabel it-18 ta’ Dicembru ta’ l-1949.  Dan ghaliex hu marbut mas-sistema tad-devozzjoni tal-Legjun aktar mill-qrib minn kull patrun iehor, barra San Guzepp.

1.       Huwa t-tip tal-legjunarji kollha; fi kliem iehor, prekursur tal-Mulej, li mar qablu biex ihejjilu t-tirq u jwittilu l-moghdijiet.  Kien mudell ta’ qawwa soda u fedelta' lejn il-missjoni tieghu li ghaliha kien lest imut, u li ghaliha tabilhaqq miet.

 2.       Barra min hekk, huwa gie fformat biex jaqdi l-missjoni tieghu min Sidtna Marija nfisha, kif il-legjunarji kollha suppost ikunu.  Sant’Ambrog jghid li l-iskop ewlieni li galih Marija qaghdet ghand Elizabetta ftit taz-zmien gmielu kien il-formazzjoni u l-hatra tac-ckejken Profeta Kbir.  Il-mument ta’ dik il-formazzjoni jitafakkar fil-Catena, it-talba ewlenija taghna, li kull legjunarju ghandu jghid kuljum.

       3.       Din il-grazzja taz-zjara lil Elizabetta turi ghall-ewwel darba lil Sidtna Marija     bhala Medjatrici, u lil San Gwann bhala l-ewwel wiehed li gawda l-frott taghha.  Hekk San Gwann intwera mill-ewwel bhala patrun specjali tal-legjunarji u tal-kuntatti legjunarji, tal-hidma taz-zjajjar fl-ghamliet kollha taghha, u tabilhaqq tal-hidmiet legjunarji kollha, ghax dawn m’humiex hlief sforzi biex nahdmu id f’id ma’ Marija fil-hidma taghha ta’ medjatrici.

4.       Hu kien wiehed mill-elementi essenzjali fil-missjoni ta’ Sidna Gesu Kristu.  Dawk l-elementi kollha ghandu jkollhom post f’kull sistema li tfittex li ggedded dik il-missjoni.  Il-prekursur jibqa mehtieg.  Jekk ma jkunx hemm hu biex jintroduci lil Gesu u lil Marija, jista jaghti l-kaz li ma jidhrux fejn ikunu mistennija.  Il-legjunarji ghandhom jaghrfu dan il-post specjali ta’ San Gwann, u bil-fidi taghhom fih jghinuh biex ikompli l-missjoni tieghu.  “Jekk Gesu hu ghal dejjem ‘Dak I jigi qablu’, ghax il-pjan ta’ l-Inkarnazzjoni  storika ta’ Kristu jitkompla fil-Gisem Mistiju tieghu” (Danielou).

 

5.       Il-post li jixraq ghas-sejha lil San Gwann hu fit-talb ta’ l-ahhar, wara s-sejha ta’ l-angli.  Dan it-talb ghalhekk juri l-Legjun miexi ‘l quddiem, that is-setgha ta’ l-Ispirtu li juri ruhu permezz ta’ Sidtna Marija bhala Kolonna tan-nar; meghjun mil-Legjun ta’ l-Angli that it-tmexxija ta’ San Mikiel u San Gabrijel, quddiemu l-prekursur, San Gwann, li jwettaq kif dejjem il-missjoni providenzjali tieghu; imbaghad il-generali tieghu, San Pietru u San Pawl.

 

6.       San Gwann ghandu zewg celebrazzjonijiet liturgici.  Dik tat-twelid issir fil-24 ta’ Gunju, u dik tal-martirju tieghu fid-29 ta’ Awissu.

 “Jiena nemmen li l-misteru ta’ San Gwann ghadu qed jitwettaq fid-dinja ta’ llum.  L-ispirtu u l-virtu' ta’ San Gwann ghandhom l-ewwel jigu f’ruh kull min irid jemmen f‘Gesu Kristu u jhejju ghall-Mulej poplu perfett, jiddrittaw il-moghdijiet l-imkejjen horox ta’ qalbu, u jwittu t-triqat.  L-ispirtu u l-virtu ta’ San Gwann ghadhom jigu sa llum qabel il-migja tas-Sid u l-Feddej” (Origene).

 7.       SAN PIETRU  

“Bhala princep ta’ L-Appostli, San Pietru hu qabel kulhadd il-patrun ta’ ghaqda t’appostolat.  Kien l-ewwel Papa, izda jirraprezenta s-sensiela glorjuza tal-Papiet kollha u l-Papa prezenti.  Meta nsejhu lil San Pietru nkunu nfissru ghal darb-ohra l-lealta’ tal-Legjun lejn Ruma, ic-centru tal-fidi taghna, l-ghajn tas-setgha, id-dixxiplina u l-ghaqda” (Decizjoni tal-Legjun biex isem San Pietru jitqieghed fil-lista tas-sejhat).

 Il-festa ta’ San Pietru u San Pawl issir fid-29 ta’ Gunju.

 “U jiena nghidlek:  Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tieghi, u s-setghat ta’ l-infern ma jeghlbuhiex.  Jiena naghtik l-imfietah tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-lart ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tholl fuq l-art ikun mahlul fis-smewwiet” (Mt 16:18-19).

  8.       SAN PAWL

Ruh li trid tirbah l-ohrajn trid tkun kbira u wiesgha daqs il-bahar; biex tikkonverti lid-dinja jehtieg tkun akbar mid-dinja.  Hekk kien San Pawl mill-jum meta ghall-gharrieda dawl mis-sema idda madwaru, u xehet id-dija tieghu go ruhu, u kebbes fiha x-xewqa theggeg li jimla d-dinja bl-isem u l-fidi ta’ Kristu.  L-Appostlu tal-Gnus u il-hidma tieghu taghtih ismu.  Hadem bla mistrieh sakemm ix-xabla tal-bojja baghtet l-ispirtu qatt meghlub tieghu ghand Alla; u wara, il-kitba tieghu baqghet hajja,  u tibqa dejjem hajja biex tkompli l-missjoni tieghu.

Hi drawwa tal-Knisja li fit-talb taghha dejjem issiehbu ma’ San Pietru, haga tbilhaqqq ta’ gieh.  Jixraq ukoll li jkun hekk, ghax flimkien dawn iz-zewgt erwieh kbar qaddsu lil Ruma bil-martirju taghhom.

Il-Knisja ticcelebra l-festa taghhom fl-istess gurnata.

“Hames darbiet qlajt minghand il-Lhud l-erbghin daqqa neqsin wahda; tliet darbiet tawni bil-virgi,darb’ohra haggruni.  Tliet darbiet rajt il-gharqa, ghaddejt lejl u jum f’nofs ta’ bahar.  Gahmilt safar bla ghadd: sibt ruhi f’perikli ta’ xmajjar, perikli mill-hallelin, perikli min-nies  ta’ gensi, perikli mill-pagani, perikli fl-ibliet, perikli fid-dezert, perikli fil-bahar, perikli mill-ahwa qarrieqa.  Tahbit u xoghol iebes; kemm il-darba kelli nghaddi sahriet bla rqad, bil-guh u bil-ghatx; kemm il-darba kelli nghaddi fis-sawm, fil-ksieh u fil-ghera!” (2 Kor 11:24-27).

San Guzepp

sanguzepp.jpg

Omm Gesu' Tfajjel

Copyright 2007 Legion Of Mary Fgura