Legion of Mary
Home | Guest Book Please Sign It | Formola ta' l-applikazzjoni | Fuqna | Download | Kelma mil-President | Kelma mis-Segretarju | Fundattur | Devozzjoni tal-Legjun | Il-patruni tal-Legjun | Dmirijiet tal-Legjonarju | It-talb | Funzjonijiet
Dmirijiet tal-Legjonarju

Min jissieheb ghandu id-dmir li:

1.     Il-Legjun ta’  Marija hu miftuh ghall-Kattolici kollha li:  

 

a)     jipprattikaw ir-religjon fedelment,

b)    ihossu fihom ix-xewqa li jaqdu d-dmir taghhom fl-appoltolat tal-Knisja permezz tat-tishib fil-Legjun,

c)     huma lesti jaqdu d-dmirijiet kollha kemm huma li jgib mieghu t-tishib attiv fil-Legjun.

 

2.     Min jixtieq jidhol fil-Legjun ghandu japplika ghat-tishib f’wiehed mill-praesidia.

3.     Kandidati taht it-18-il sena jistghu jintlaqghu biss fi praesidia     taz-zghar (ara l-kapitlu 36).

4.     Hadd ma jista jigi milqugh bhala kandidat ghat-tishib fil-Legjun ta’ Marija qabel ma l-president tal-praesidium li fih jixtieq jidhol, wara li jqis kollox, ikun sodisfatt li l-persuna li tixtieq tidhol ghandha l-kwalitajiet  mitluba.

5.     Tinhtieg prova xierqa ta’ mhux inqas minn tliet xhur qabel ma       l-kandidat jinkiteb bhala membru tal-Legjun, imma l-kandidat jista sa mill-bidunett jiehu sehem fil-hidmiet kollha tal-Legjun.

6.     Kull kandidat jinghata kopja tat-tessera.

7.     Id-dhul formali jikkonsisti essenzjalment fil-Wedghda Legjunarja, u li isem il-kandidat jinkiteb fir-registru tat-tishib tal-praesidium.  Il-kliem tal-Weghda Legjunarja jinsab fil-kapitlu 15.  Hi mqassma b’mod li tista tinqara minghajr tbatija.

 

Mon. Montini (li aktar tard sar il-Papa Pawlu V) kiteb dan li gej f’isem il-Papa Piju XII: “Din il-Weghda Appostolika u Marjana sahhet lil-legjunarji fit-taqbida Nisranija taghhom mad-dinja kollha, l-aktar lil dawk li qeghdin isofru persekuzzjoni ghall-fidi”.

 

Il-Kardinal L. J. Suenens kiteb kummentarju fuq il-Weghda,  It-Teologija ta’ l-Appostolat, li gie ppubblikat f’diversi lingwi.  Kull legjunarju ghandu jkollu f’idejh dan ix-xoghol ta’ siwi kbir.  Kull Kattoliku ta’ l-affari  tieghu ghandu wkoll jaqrah ghax jigbor fih tifsira tal-ghageb tal-principji li fuqhom jitmexxa l-appostolat Nisrani.  

1.     Meta z-zmien tal-prova tieghu jitqies li ntemm b’mod sodisfacenti, il-kandidat jigi mgharraf ghall-inqas gimgha qabel ma jigi accettat.  Tul dik il-gimgha l-kandidat ghandu jfittex li jifhem sewwa l-kliem u l-hsibijiet tal-Weghda, biex b’hekk, waqt li jkun qed jaghmilha, jaqraha bla tlaqliq, u jifhem u jhoss il-kliem li jghid.

2.     Imbaghad, f’laqgha tas-soltu tal-praesidium , sewwa-sew wara li tinghad il-Catena, waqt li l-membri kollha jibqghu bil-wieqfa, il-vexillum jitressaq lejn il-kandidat li b’kopja tal-Weghda f’idu x-xellugija jaqraha b’lehen gholi, u jzid ismu fejn jinsab il-vojt.  Hu u jibda t-tielet paragrafu, il-kandidat iqieghed idu l-leminija fuq il-lasta tal-vexillum, u jhalliha hemm sakemm itemm jaqra l-Weghda.  Wara dan, is-sacerdot (jekk ikun prezenti) jaghti lil-legjunarju l-gdid il-barka tieghu.  L-isem tal-kandidat, imbaghad, jinkiteb fil-lista tal-membri.

3.     Il-Membri, wara dan, jergghu joqoghdu bil-qieghda, isir       l-allocutio u l-laqgha tkompli bhas-soltu.

4.     Jekk il-praesidium ikun ghad m’ghandux vexillum, il-kandidat ghandu floku jzomm f’idu xbieha tieghu.  It-tessera tkun bizzejjed.

“Id-dmir legjunarju jitlob minn kull legjunarju:

 1) Li jattendi fil-hin u regolarment ghal-laqgha ta’ kull gimgha tal-praesidium, u li jaghti f’din il-laqgha rapport shih u li jinstema’ tax-xoghol li jkun wettaq;

 2) Li jghid kuljum il-Catena;

 3) Li jwettaq xoghol legjunarju sostanzjali u attiv, bi spirtu ta’ fidi u f’ghaqda ma’ Marija, b’mod li f’dawk li l-legjunarju jahdem ghalihom u fil-membri shabu, huwa jara l-Persuna ta’ Sidna Gesu Kristu u lilu jaqdi kif kienet taqdih Marija, Ommu; 

 4) Li jhares, dejjem u kullimkien, in-natura konfidenzjali ta’ hafna affarijiet li jigu diskussi fil-laqgha jew li jsir jaf bihom waqt ix-xoghol legjunarju”.

 “Permezz tieghi, Marija tixtieq thobb lil Gesu wkoll fil-qlub ta’ dawk kollha li nista nkebbes bl-imhabba ta’ l-appostolat u tat-talb tieghi kontinwu.  Jekk jiena nsir haga wahda maghha hi timlieni tant bil-grazzji u bl-imhabba taghha li nsir nixbah lil xmara dejjem imfawra, li mbaghad hi wkoll tfawwar l-erwieh ta’ l-ohrajn.  Permezz tieghi, Marija ssir tista thobb lil Gesu u timlieh bil-ferh mhux biss permezz tal-qalb tieghi, izda pemezz ukoll ta’ ghadd bla qies ta’ qlub li jighaqdu ma’ tieghi” (De Jaegher:     Il-Virtu tal-Fiducja).

 (Din is-silta m’ghandhiex tinqara bhala parti mir-regoli principali).

Enter supporting content here

Copyright 2007 Legion Of Mary Fgura