Make your own free website on Tripod.com

Legion of Mary
Home | Guest Book Please Sign It | Formola ta' l-applikazzjoni | Fuqna | Download | Kelma mil-President | Kelma mis-Segretarju | Fundattur | Devozzjoni tal-Legjun | Il-patruni tal-Legjun | Dmirijiet tal-Legjonarju | It-talb | Funzjonijiet

Fundattur

 

Frank Duff u l-Legjun ta' Marija 

(Diskors ta’ Fr Bede McGregor O.P. fic-cimiterju ta' Glasnevin, Dublin, fil-11 ta' Gunju ta’ l-2000)

 Muftieh sabiex nifhmu lil Frank Duff u l-Legjun ta' Marija.

 Hafna qaddisin hallew warajhom kitbiet li jipprovdu muftieh sabiex ahna nifhmu l-vokazzjoni u l-missjoni taghhom fil-knisja u fid-dinja. Meta ahna naqraw dawn il-kitbiet, inhossu li sirna nafu lil dik il-persuna b'mod intimu u profond. Per ezempju, hafna minnkom qrajtu Storja ta' Ruh, l-awtobijografija ta' Santa Tereza ta' Lisieux. Numru bla ghadd ta' rgiel u nisa, xjuh u zghazagh, qraw l-istorja taghha u permezz ta' dan, hassew ruhhom qrib taghha u hajrithom jghixu hajja verament qaddisa. Il-fehma tieghi hi li Frank Duff hallielna l-awtobijografija spiritwali tieghu li taghtina l-muftieh sabiex ahna nifhmu dak kollu li hu kien jissimbolizza u tghinna nghixu hajjiet genwinament qaddisa u li jhallu l-frott. Il-Manwal tal-Legjun ta' Marija huwa fil-veritą l-awtobijografija ta' Frank Duff. Dan, mhux biss fis-sens li kitbu hu, imma wkoll ghaliex fih jinsabu l-ideali u l-attitudnijiet bazici kollha tieghu, ghaliex huwa ghexu qabel ma kitbu. Il-Manwal hareg dritt minn qalbu, huwa l-espressjoni tal-konvinzjonijiet l-iktar profondi u l-iktar mahbuba tieghu. Fis-snin li gejjin, tista' tinbet certa mitologija madwar il-persuna u l-hidma ta' Frank Duff. Imma fil-Manwal ghandna l-artiklu genwin, il-veru Frank Duff. Il-Manwal jaghtina r-ritratt spiritwali awtentiku tal-fundatur principali tal-Legjun ta' Marija.Frank  

Illum jiena nixtieq nieqaf u nahseb fuq ftit punti fil-Manwal li jirnexxielhom jaqbdu xi haga mill-ispirtu u l-karattru ta' Frank Duff. Miniex ser nitkellem fuq il-kronologija esterna ta' hajtu, imma fuq l-ispiritwalitą u t-tifsira interna tieghu. Huwa jikteb: “Is-sigriet ta’ kull success ma’ l-ohrajn qieghed filli tohloq kuntatt personali, il-kuntatt ta’ mhabba u moghdrija. Din l-imhabba ghandha tkun aktar minn wirja biss. Ghandu jkollha l-hila zzomm iebes fil-provi li hbiberija vera tiflah tissaporti.” (pagna 7). Jiena nahseb li tkun veritą jekk nghidu li Frank kien jara l-hidma appostolika kollha tieghu, anzi hajtu kollha, bhala ministeru ta' hbiberija vera personali. Huwa jkompli jghid: “Qabel kull hidma li hi tassew ta’ fejda, wiehed irid ikun lest li jissagrifika ruhu f’kollox. Minghajr dan, tkun hidma li ma tiswa xejn. Il-legjunarju li jasal jghid: ‘Daqshekk, u mhux aktar, jasal is-sagrificcju tieghi’, ma jirnexxilux jaghmel hlief hwejjeg mill-icken, minkejja sforzi kbar.” Frank inghata kompletament u bla ebda kompromess ghal dan il-ministeru ta' hbiberija. Ma kien hemm xejn xi jzommu fil-kuntatt personali tieghu man-nies: l-ebda differenza ta' klassi, religjon jew razza ma kienet importanti ghalih.

Forsi, il-premura kbira li kellu ghad-dinjitą ta' l-individwu u l-ministeru tieghu ta' hbiberija, jidhru iktar cari fil-parti tal-Manwal li titkellem dwar il-kuntatt mal-folla. Huwa kiteb hekk: “L-appostolat ghandu l-ghan li jwassal l-ghana kollu tal-Knisja lil kull persuna. Il-bazi ta’ din il-hidma ghandha tkun l-influwenza individwali u perseveranti ta’ ruh herqana fuq ruh ohra, dik li nsejhulha bl-isem tekniku ta’ ‘kuntatt.’ Aktar ma jiddghajjef il-‘kuntatt’ personali aktar tiddghajjef l-influwenza vera. Aktar ma n-nies isiru folla, aktar jistghu jaharbulna. Jista’ jigri li nhallu l-folla tbeghidna mill-persuna. Kull folla hi maghmula minn individwi li kull wiehed minnhom jirrapprezenta ruh ta’ siwi bla qies. Kull membru ta’ dik il-folla ghandu l-hajja privata tieghu jew taghha, imma hafna mill-hin taghhom jghadduh f’xi tip ta’ folla — fit-triq jew migbura flimkien f’xi post. Ahna rridu nbiddlu dawk il-folol f’individwi biex hekk inkunu nistghu naghmlu kuntatt ma’ ruhhom.” (pagna 259). Jiena qieghed nishaq fuq dan il-punt illum ghaliex jiena nemmen li d-don ta' Frank ghal hbiberija personali mhux talli ma naqasx fil-genna, imma sar dejjem ikbar u iktar profond. Huwa qieghed jara lilkom kollha kemm intom, gheziez legjunarji u hbieb migbura madwar il-qabar tieghu llum, mhux bhala folla imma kull wiehed u kull wahda minnkom bhala ruh u habib bla prezz. Jiena cert li hu jaf kull wiehed u kull wahda minnkom b'isimkom, il-ferh u t-thassib taghkom, il-bzonnijiet spiritwali u materjali taghkom, il-bzonn li ghandkom li xi hadd verament juri interess fikom u jiehu hsiebkom. Kemm jixtieq bil-herqa li jiltaqa' ma' kull wiehed u kull wahda minnkom fil-genna u li jakkumpanjakom fil-mixja taghkom f'din il-hajja. Kull wiehed u kull wahda minnkom li tinsabu hawnhekk illum intom importanti ghal Frank Duff. Il-kuntatt u l-hbiberija personali ghadhom l-ispecjalitą tieghu. Jiena nissuggerilkom bil-kwiet kollu li intom izzommu lil Frank Duff bhala habib specjali. Issibu li ma jonqoskomx meta jkollkom bzonnu. Huwa jibdlilkom hajjitkom ghall-ahjar. 

Il-kuntatt personali bhala espressjoni li tidher tal-prezenza materna ta' Marija 

Importanti li nifhmu n-natura tal-ministeru tieghu ta' kuntatt jew hbiberija personali. Mhix kwistjoni ta' manipulazzjoni sottili tan-nies ghall-iskopijiet tieghu, mhix semplicement ezercizzju fir-relazzjonijiet pubblici jew xi teknika biex jakkwista l-popolaritą, u lanqas mhi xi tip ta' ndhil fil-hajjiet ta' nies ohrajn. Minn fejn gejja din ix-xewqa ghall-kuntatt u hbiberija personali? L-ispirtu tal-Legjun hu l-ispirtu ta' Marija. Il-Legjun ifittex li jkun l-espressjoni u l-istrument vizibbli ta' l-imhabba materna ta' Marija ghan-nies. Il-legjunarju jipprova jaghmel kollox flimkien ma' Marija u ghal Marija. Bhalma jpoggiha l-Manwal: “Kemm thares bil-herqa l-Vergni Mbierka lejn dawk il-folol! Hija l-Omm ta’ kull ruh individwali migbura fihom. Zgur li tinsab imhassba fuq il-htigijiet taghhom, u zgur qalbha hija mxennqa biex xi hadd jghinha fil-hidma taghha li tiehu hsiebhom bhala omm.” (pagna 259). Il-legjunarju, allura, jfittex li jkun skjav ta' Marija sabiex jghinha fil-hidma taghha bhala l-Omm spiritwali, imma reali, ta' kull persuna li titwieled f'din id-dinja. Fi kliem iehor, il-legjunarju jipprova jghin lil Marija tpoggi lil Gesu fil-qalb, proprju fic-centru, ta' kull persuna. Din hija l-ispiritwalitą tal-Legjun ta' Marija imma l-ewwelnett kienet l-ispiritwalitą ta' Frank Duff. Ma jistax ikun li Marija tarana semplicement bhala parti minn folla, is-sens ta' maternitą ma jahdimx fl-astratt. Omm tara dejjem kull tifel jew tifla individwalment u, f'imitazzjoni ta' Marija u f'ghaqda maghha, Frank Duff u l-Legjun, jippruvaw jaghmlu l-istess haga.

 Li jaqdi lil Marija bhalma kien jaghmel Gesł 

Il-muftieh sabiex ahna nifhmu l-identitą ta' Frank Duff hija l-ghaqda radikali u abitwali tieghu ma' Marija. Gesł kien jaqdi lil Ommu. Gesł kien jaghmel kollox ghal Ommu. Frank Duff ipprova jimita lil Gesł fl-imhabba u fis-servizz tieghu lil Marija, Ommu. Dan huwa l-ispirtu li huwa ghadda lil-Legjun. Intom tiftakru kif Edel Quinn xtaqet taghmel weghda privata li tipprattika d-Devozzjoni Vera lil Marija, kif mghallma minn San Lwigi-Marija de Montfort. Fr Culligan, id-direttur spiritwali u konfessur taghha, spjega kemm seta' jkun difficli li hi tipprattikaha bhala weghda. Imma Edel semplicement qalet: “Kieku jiena hsibt li l-Madonna riedet xi haga minn ghandi, ma stajtx nghidilha ‘Le’.” Fr Robert Bradshaw, sacerdot legjunarju verament dedikat, jghidilna f'wahda mit-tahditiet rekordjati tieghu kif huwa ghamel mistoqsija lil Frank Duff dwar id-Devozzjoni Vera lejn Marija. “Int ghandek tibqa' tfakkar lilek innifsek il-hin kollu dwar il-prezenza tal-Madonna meta inti jkollok x'taghmel fuq ix-xoghol tieghek jew tkun tiltaqa' man-nies? Le, Frank qal. Ma jistax ikun taghmel dan. Imma, il-fatt hu li inti taf li hi hemm qieghda. Inti taf li hi tinsab dejjem magenbek. M'hemmx ghalfejn toqghod tghid lilek innifsek din il-haga l-hin kollu.” Kellu kwazi 90 sena meta qal din il-haga. Tant kien darra lilu nnifsu jghix fil-prezenza ta' Marija ghal dawk is-snin kollha li hi fil-fatt kienet dejjem hemm magenbu. L-ghaqda tieghu ma' Marija kienet haga tas-soltu. Huwa ma setax jimmagina hajtu minghajrha. L-imhabba tieghu ghal Marija ma kenitx xi haga sentimentali. Huwa kien jahdem maghha u ghaliha. Kien bniedem ta' azzjoni specjalment fir-relazzjoni tieghu ma' Marija Ommu u l-missjoni taghha ta' salvazzjoni ghal uliedha kollha permezz tal-merti ta' Binha. Huwa kien jaghtiha assolutament kollox sabiex hi taghtih lil Gesł. Kienet l-ghaqda tieghu ma' Marija li ghenitu jara lill-Mulej Gesł f'kull individwu li kien jiltaqa' mieghu. Huwa kien jipprattika d-Devozzjoni Vera bhalma giet mghallma minn San Lwigi-Marija de Montfort b'hiltu kollha u ghamel minnha s-sustanza tal-Manwal tal-Legjun.

 Li tghix f'ghaqda ma' Marija jfisser li tkun iccentrat fil-hajja tat-Trinitą Qaddisa

 Illum, fil-festa ta' Pentekoste, huwa xieraq li nimmeditaw, almenu ghal ftit, fuq aspett iehor ta' spiritwalitą verament Marjana. L-ispirtu tal-Legjun hu l-ispirtu ta' Marija. U Marija, bl-esseri taghha kollu, hija riferenza kontinwa jew sinjal li jindirizzana u jehodna lejn il-hajja fil-misteru tat-Trinitą Qaddisa. Hija miftuha totalment ghall-Ispirtu s-Santu; hija ubbidjenti b'mod totali ghar-rieda tal-Missier; hija ccentrata b'mod totali fuq Kristu Binha. Mela l-legjunarju wkoll, ghaliex huwa maghqud ma' Marija, ghandu jipprova wkoll li jkun iccentrat b'mod radikali fil-hajja tat-Trinitą. 

Marija hi totalment ubbidjenti lejn il-Missier 

Marija mhix biss Omm Gesł, hija wkoll l-ewwel u l-ikbar dixxiplu tieghu. Hija tghallmet sewwa t-taghlima ta' Binha meta huwa qalilha li kellu jkun dejjem fuq ix-xoghol ta' Missieru. Gesł staqsa, “Min hi Ommi?” U huwa jwiegeb il-mistoqsija tieghu stess: “Dik li taghmel ir-rieda ta' Missieri fis-sema.” Fi kliem iehor, kull min jaghmel ir-rieda tal-Missier jigi mxebbah ma' Marija Ommu. L-uniku titlu li Marija taghti lilha nfisha fit-Testment il-Gdid, hu l-qaddejja tal-Mulej. “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej, ikun minni skond kelmtek.” Fil-Magnificat hi terga' tidentifika ruhha: “Il-Mulej hares lejn ic-cokon tal-qaddejja tieghu u ghamel mieghi hwejjeg kbar.” Kemm nimmagina li thobb tismaghna nitolbu t-talba li l-Mulej ghallem lid-dixxipli tieghu u specjalment lilha. Abba, Missier! It-talba tal-Missierna. 

Miftuha ghal kollox ghall-Ispirtu s-Santu

 Marija hija miftuha ghal kollox ghall-Ispirtu s-Santu. Ghalhekk hija haga inevitabbli li r-rabta li tghaqqad lil-legjunarji kollha flimkien hija weghda solenni maghmula lill-Ispirtu s-Santu. L-Ispirtu s-Santu mhux xi qawwa impersonali, lanqas mhu xi principju astratt. L-Ispirtu s-Santu huwa Persuna li giet offerta lilna bhala Don suprem, bhala l-Imhabba personali t'Alla sabiex ikun dak li jfarragna, izommilna kumpanija, jaqbez ghalina, jaghtina d-doni kollha tajbin, bhala dak li dejjem jghix maghna gewwanett fil-qalba ta' l-esseri taghna. Frank Duff kiteb frazi sabiha fil-Manwal: “L-Ispirtu s-Santu jishar il-hin kollu fuq il-Legjun.” Mela m'hemm xejn x'nistaghgbu li kull meta l-legjunarji jiltaqghu flimkien, huma jibdew billi jitolbu lill-Ispirtu s-Santu. Jiena qattajt sighat shah nintervista nies li kienu jafu lil Frank Duff mill-qrib u huma jitkellmu dwar il-karattru umli tieghu li kien accessibbli ghal kulhadd, l-umorizmu tieghu, il-qalb tajba tieghu, id-don li kellu li joqghod jisma' lil dak li jkun, il-kortesija li dejjem kien juri, il-kuragg u n-nuqqas ta' biza' tieghu u ruxxmata doni ohra u kwalitajiet sbieh. Imma ma nkunux qeghdin nizbaljaw jekk nghidu li l-iktar haga profonda li kellu Frank Duff kienet il-mod kif kien maghqud ma' l-Ispirtu s-Santu. Il-mod kif ghex fil-kumpanija ta' l-Ispirtu s-Santu kien gej mill-ghaqda abitwali tieghu ma' Marija. Hu seta' jara b'mod hekk car li Gesł gie fid-dinja permezz ta' Marija meta l-Ispirtu s-Santu nizel fuqha u dan il-principju jibqa' veru llum u huwa s-sigriet l-iktar fondamentali tal-qdusija u ta' l-evangelizzazzjoni kollha. Huwa r-ruh ta' l-ispiritwalitą legjunarja: gie kkonceput bil-qawwa ta' l-Ispirtu s-Santu u twieled minn Marija Vergni. (Kredu ta' l-Appostli).

  Marija hija totalment Kristucentrika 

Fl-ahhar, l-ispirtu ta' Marija u ghalhekk l-ispirtu ta' Frank Duff u tal-Legjun, huwa Kristucentriku. Tiftakru l-ahhar kliem li Frank Duff kiteb fil-Manwal?   Jigu fl-ahharnett tal-werrej: “Nota: Ir-referenzi ghal Sidna Gesł Kristu ma gewx inkluzi fil-werrej ghaliex kull kelma ta’ dan il-Manwal hija bbazata fuqu, u ghalhekk ghandna insibuh f’kull parti tieghu. F’kull post, f’kull cirkostanza u grajja, il-legjunarju ghandu jiltaqa’ ma’ Gesł u, xejn inqas mill-poeta, ghandu jkun jista’ jghid: ‘Fil-warda l-hamra jiena nara d-demm ta’ Gesł, u fil-kwiekeb nara l-glorja t’ghajnejh’.” Minhabba l-ghaqda abitwali tieghu ma' Marija, Frank Duff sar iccentrat b'mod totali fuq Gesł. L-ispirtu ta' Frank Duff huwa mwahhal totalment fuq Gesł permezz ta' Marija, ma' Marija u f'Marija. Dan huwa d-don tieghu lil-Legjun u issa lill-Knisja kollha. Ejjew nirringrazzjaw lil Alla ghal hajtu, l-ezempju u t-taghlim tieghu. Amen.

 Nota Bijografika: Frank Duff twieled f'Dublin, l-Irlanda, fis-7 ta' Gunju ta’ l-1889, l-ikbar fost seba' wlied. Fl-1913 huwa dahal fis-Socjetą ta' San Vincenz de Paul u l-ispirtu ta' din is-socjeta influwenzah hafna. Bhala membru, bil-mod il-mod huwa beda jhoss imhabba kbira ghall-foqra u ghal persuni inqas ixxurtjati mill-ohrajn. Fihom, kif ukoll f'kull persuna li kien jiltaqa' maghha, huwa kien jaghraf u jqim lil Kristu.

Fl-1916, meta kellu 27 sena, huwa ppubblika l-ewwel fuljett tieghu “Nistghu nsiru Qaddisin?” Fih huwa esprima wahda mill-konvinzjonijiet l-iktar qawwija ta' hajtu, jigifieri, li kulhadd minghajr eccezzjoni gie msejjah sabiex ikun qaddis u li, permezz tal-fidi Kattolika taghna, ghandna f'idejna l-mezzi kollha li ghandna bzonn sabiex dan jirnexxilna naghmluh.  Fl-1917 gie f’idejh it-trattat ta' San Lwigi-Marija de Montfort fuq id-Devozzjoni Vera lejn Marija, ktieb li bidillu hajtu kompletament. Fis-7 ta' Settembru ta’ l-1921, Frank Duff waqqaf il-Legjun ta' Marija. Din hija organizzazzjoni appostolika lajka ghas-servizz tal-Knisja, taht il-gwida ekklezjastika. Ghandha skop doppju, l-izvilupp spiritwali tal-membri taghha u li tmexxi ’l quddiem is-saltna ta' Kristu permezz tal-Madonna. Il-Legjun, li jinstab fi kwazi kull pajjiz fid-dinja, ghandu mat-tliet miljun membru attiv u hafna iktar membri awziljarji (li jitolbu)  Fil-1965 il-Papa Pawlu VI stieden lil Frank Duff jattendi l-Koncilju Vatikan it-Tieni bhala Osservatur Lajk, unur li permezz tieghu l-Papa gharaf u kkonferma l-hidma enormi tieghu ghall-appostolat tal-lajci. Frank Duff miet fis-7 ta' Novembru ta’ l-1980 u gie midfun fic-cimiterju ta' Glasnevin f'Dublin. F'Lulju 1996 giet introdotta l-kawza tal-kanonizzazzjoni tieghu mill-Arcisqof ta' Dublin, Dr. Desmond Connel. 

Copyright 2007 Legion Of Mary Fgura