1. L-icken
taqsima tal-Legjun tissejjah praesidium. Din il-kelma bil-Latin
kienet tintuza biex tfisser taqsima tal-Legjun Ruman b’xi dmir specjali, bhalma huma taqsima ta’ linja militari,
post fortifikat, harsien ta’ belt. Ghalhekk il-kelma praesidium qieghda
f’postha meta tintuza ghal xi fergha tal-Legjun.
2. Kull praesidium ghandu jissemma ghal xi
titlu tal-Madonna, nghidu ahna, Sidtna Marija tal-Hniena, jew ghal xi wiehed mill-privileggi taghha, nghidu ahna, It-Tnissil
bla Tebgha, jew ghal xi grajja mill-hajja taghha, nghidu ahna, Il-Visitazzjoni. Hieni dak l-isqof li fi hdan id-djocesi tieghu jara numru
bizzejjed ta’ praesidia li jiffurmaw bhal litanija hajja ta’ Marija.
3. Il-praesidium
ghandu awtorita fuq il-membri tieghu kollha, u setgha li jikkontrolla l-hidmiet
taghhom. Il-membri mill-banda l-ohra,
ghandhom jobdu bil-fedelta l-ordnijiet legittimi kollha tal-praesidium.
4.
Kull praesidium ghandu jkun affiljat mal-Concilium Legionis, jew direttament jew permezz ta’ kunsill approvat
bhalma jinghad aktar ‘il quddiem. Inkella ma jkunx hemm tishib legjunarju. Minn dan jigi li ebda praesidium gdid ma jista jitwaqqaf minghajr il-permess formali
tal-Curia tieghu, jew (fejn m’hemmx Curia) minghajr il-permess ta’ kunsill
oghla, jew fl-ahharnett minghajr dak tal-Concilium. Il-praesidium ghandu jiddependi direttament minn korp ta’ tregija bhal dan.
5.
L-ebda praesidium ma jista’ jitwaqqaf f’parrocca minghajr il-kunsens
tal-kappillan jew ta’ l-isqof. Il-kappillan jew l-isqof ghandhom ikunu
mistiedna jaghmlu c-cerimonja tal-ftuh.
6.
Il-praesidium ghandu jaghmel laqgha kull gimgha li ghandha titmexxa kif imfisser f’kapitlu 18, Kif issir il-laqgha tal-praesidium. Din ir-regola ma titbiddel qatt. Jista’
jinghad u jerga jinghad li ghal hafna ragunijiet tajba, difficli ssir laqgha kull gimgha, u li
laqgha darba fix-xahar jew kull hmistax tilhaq l-iskopijiet kollha. It-twegiba ghal dan hi li ghall-ebda raguni
ma jista’ l-Legjun jaccetta li ma ssirx laqgha fil-gimgha, u ma jaghti lil ebda wiehed mill-kunsilli tieghu s-setgha
li jbiddel din ir-regola. Li kieku kellu jitqies biss il-kontroll tal-hidma attiva li tkun issir, laqgha ta’ darba fix-xahar forsi kienet tkun bizzejjed, ghalkemm
ta’ min jiddubita minn dan jekk il-hidma tkun qed issir kull gimgha skond ir-regola. Imma skop vitali tal-laqgha hu t-talb ta’ kull gimgha flimkien, u m’hemmx
ghalfejn wiehed jghid li dan l-iskop ma jintlahaqx hlief b’laqgha ta’ kull gimgha. Laqgha
ta’ kull gimgha tista’ tiswa sagrificcju. Jekk il-Legjun ma jistax
jitlob u jittama li jaqla’ dan mill-membri, fejn huma l-pedamenti biex jibni fuqhom is-sistema tieghu?
7. Kull praesidium ghandu jkollu sacerdot bhala direttur spiritwali. Ghandu jkollu wkoll president, vici-president, segretarju u tezorier. Dawn li ssemmew ghandhom ikunu l-ufficjali tal-praesidium u r-rapprezentanti
tieghu fil-Curia. Id-dmirijiet taghhom jitfissru f’kapitlu 34, imma l-ewwel
dmir taghhom hu li jaqdu d-dmir ordinarju tal-hidma, b’mod li jkunu ta’ ezempju ghall-membri l-ohra kollha.
8. L-ufficjali ghandhom jaghtu lill-praesidium taghhom rapport kull Laqgha tal-Curia, u b’hekk izommu lill-membri taghhom informati dwar dak
li jkun qed isir fil-Curia.
9. Id-direttur spiritwali jinhatar mill-kappillan jew mill-isqof, u jibqa’
hemm sakemm jogghob lil dawn. Direttur spiritwali jista’ jkollu t-tmexxija ta’ iktar minn
praesidium wiehed. Jekk id-direttur spiritwali ma jkunx jista’ jmur ghal-laqgha tal-praesidium, jista’ jibghat sacerdot
jew religjuz, jew f’cirkostanzi specjali legjunarju addattat (li jissejjah Tribun), biex jaghmilha minn floku.
Ghalkemm id-direttur spiritwali ghandu jkun mgharraf bil-laqghat, mhuwiex mehtieg ghall-validita tal-laqgha li
huwa jkun prezenti. Id-direttur spiritwali ghandu jitqies b’ufficjal tal-praesidium u ghandu jara li tithares kull awtorita
legittima tal-Legjun.
10.
Id-direttur spiritwali ghandu jkollu awtorita deciziva fil-kwistjonijiet religjuzi jew morali kollha li jitqajmu fil-laqgha
tal-praesidium, u jista’ wkoll iwaqqaf kull hidma tal-praesidium sakemm jikseb id-decizjoni mehtiega minghand il-kappillan
jew l-isqof.
“Dan il-jedd hu arma mehtiega;
imma bhal kull arma ohra ghandu jintuza b’ghaqal kbir u bi hsieb, li ma jisfax mezz ta’ tigrif flok ta’
harsien. F’ghaqda mibnija u mmexxija sewwa, ma jkun mehtieg qatt li jintuza”
(Civardi: Manwal tal-Hidma Kattolika).
11.Barra mid-direttur
spiritwali, l-ufficjali tal-praesidium jinhatr mill-Curia. Jekk ma tkunx tezisti Curia,
l-ufficjali jinhatru mill-korp oghla ta’ tmexxija.
Hu jixtieq li ma jsirx diskors bil-miftuh fuq
il-merti ta’ dawk li jistghu jilhqu ufficjali, li xi whud minnhom jistghu jkunu prezenti fil-laqgha. Hi ghalhekk drawwa li, meta jitbattal post ta’ ufficjal, il-president tal-Curia, wara stharrig bir-reqqa
(fuq kollox mad-direttur spiritwali tal-praesidium) bil-ghan ji jizgura ruhu mill-ahjar persuna, jissottometti l-isem lill-Curia;
u l-Curia, jekk jidhrilha li kollox sewwwa, tista tahtar lil dik il-persuna.
A).
Kull hatra ta’ ufficjal, barra mid-direttur spiritwali, ghandha tkun ghal zmien ta’ tliet snin. Li jista
jiggedded ghal tliet snin ohra: fi kliem iehor, ghal sitt snin b’kollox. Meta
jghaddi dan iz-zmien, ufficjal ma jistax jissokta d-dmirijiet tal-kariga li kellu.
B) It-tibdil ta’ uffucial minn kariga ghal
ohra, jew ghall-istess kariga band’ohra, ghandu jitqies ‘hatra gdida. Ufficjal jista wara interval ta’ tliet
snin, jerga’ jinhatar ghall-istess kariga fl-istess praesidium. Meta ufficjal, hi x’inhi r-raguni, ma jtemmx iz-zmien
kollu ta’ tliet snin, huwa ghandu jitqies li temm iz-zmien ta’ tliet snin fid-data li jbattal il-kariga. Imbaghad issehh ir-regola li ordinarjament ghandha
x’taqsam mat-tigdid tal-kariga, fli kliem iehor:
1.
jekk ihalli matul l-ewwel snin jista’, tul iz-zmien li kien ghad fadallu jservi, jinhatar ghal tliet snin ohra
f’dik il-kariga; u
2.
jekk ihalli matul it-tieni tliet snin, jinhtieg jghaddu tliet snin ohra minn meta halla l-kariga qabel ma jerga’
jinhatar ghal dik l-istess kariga.
“Il-kwistjoni ta’ kemm wiehed ghandu jibqa
f’kariga ghandha tinqata’ fuq bazi ta’ principju generali. Il-periklu
li wiehed ghandu jzomm quddiem ghajnejh mill-bidu sa l-ahhar f’kull ghaqda, specjalment f’ghaqda volontarja u
religjuza, hu li din jew xi fergha partikulari taghha ssir haga bla hajja. Dan il-periklu hu tassew kbir. Hi xejra fil-bnedmin
li bil-mod il-mod l-entuzjazmu jmut, li jidhol baxx baxx spirtu ta’ rutina, li
l-metodi jsiru dejjem l-istess, waqt li l-hazen li wiehed jiltaqa’ mieghu jitbiddel dejjem.
Dan il-process ta’ tahsir iwassal ghal hidma
bla siwi u ghall-indifferenza hekk li l-ghaqda ma tibqax tigbed lejha u zzomm fiha l-ahjar xorta ta’ membri, u jitnissel
stat li jixbah lil dak tal-mewt. Jigri x’jigri, ghandna noqghodu attenti
li dan ma jsirx fil-Legjun. F’kull wiehed mill-kunsilli u l-praesidia tieghu
ghandu jigi zgurat li jkun hemm nixxiegha t’entuzjazmu li ma jaqta qatt.
Jidher car li l-ewwel ma wiehed ghandu jahseb huwa
fl-ufficjali, l-ghejjun naturali taz-zelu. Dawn ghandhom jinzammu dejjem imkebbsa
bil-hrara tal-bidu: u dan isir l-ahjar bit-tibdil. Jekk l-ufficjali jonqsu, kollox jidbiel. Jekk huma
jitilfu l-herqa u l-entuzjazmu, il-korp li huma jmexxu jigrilu l-istess. U l-aghar fost kollox hu li l-membri jikkuntentaw ruhhom b’dak il-mod dghajjef
li bih jkunu miexja l-affarijiet, ladarba jahslu jidrawhom, b’mod li ma jkun hemm l-ebda tama ta’ rimedju hlief
minn barra. Fit-teorija, rimedju ghal dan jista’ jinstab f’regola
li titlob li kull tant zmien trid terga’ tiggedded il-kariga ta’ l-ufficjali.
Imma fir-realta dan ma jkunx jiswa, ghax dawk li jriegu lanqas biss jintebhu li jkun hemm nuqqas ta’ progress,
u fil-prattika jibdew igeddu l-kariga b’mod awtomatiku.