1. L-ACIES: Fis-sistema tal-Legjun id-devozzjoni lejn Marija hija importanti. Ghalhekk kull sena ghandha ssir il-konsagrazzjoni tal-legjunarji lil Sidtna Marija. Il-konsagrazzjoni, li ghandha tkun sew individwali kif ukoll kollettiva, issir fil-25
ta’ Marzu, jew f’jum iehor qrib dik id-data, u tkun maghrufa bhala l-Acies.
Din il-kelma bil-Latin, li tfisser armata lesta ghat-taqbida, tixraq lil cerimonja li fiha l-legjunarji bhala korp
jigabru biex igeddu l-fedelta taghghom lejn Marija, is-Sultana tal-Legjun, u biex jilqghu minn ghandha sahha u barka ghal
taqbida ta’ sena ohra kontra l-qawwiet tal-hazen. Barra minn hekk, din il-kelma tinsab f’kuntrast qawwi ma’ preaesidium, li juri lil l-Legjun
mhux aktar migbur flimkien, izda mferrex fit-taqsimiet differenti tieghu, kull wahda medhija fil-qasam partikolari tad-dmir
taghha.
L-Acies hi l-funzjoni
l-kbira u ewlenija tal-Legjun ta’ kull sena, ghalhekk jehtieg li titfisser sewwa l-importanza li kull membru jmur ghaliha. L-idea fondamentali tal-Legjun li fuqha hi mibnija kull
haga ohra hija dik li jahdem f’ghaqda ma’ Marija, is-Sultana tieghu, u fi spirtu ta’ dipendenza minnha. L-Acies hi t-tifsir solenni ta’ dik l-ghaqda u dipendenza,
it-tigdid, individwali u kollettiv, ta’ l-istqarrija legjunarja ta’ fedelta. Ghalhekk hu car li kull legjunarju li jista’ jmur ghaliha, u ma jmurx, ftit jew xejn
ghandu spirtu legjunarju fih. It-tishib ta’
nies bhal dawn mhuwiex ta’ siwi ghal-Legjun.
L-Acies ghandha ssir
kif ser jinghad:
Dakinhar tac-cerimonja
l-legjunarji li jingabru jekk jista jkun fi knisja. F’post xieraq titqieghed
statwa tal-Kuncizzjoni Immakulata, imzejna bil-fjuri u x-xema. Quddiem l-istatwa ghandu jitqieghed mudell kbir
tal-vexillum tal-Legjun, li hu mfisser f’kapitlu 27.
Ic-cerimonja
tibda bil-kant ta’ innu u wara jinghad it-talb tal-bidu
tal-Legjun u r-ruzarju. Wara ssir tahdita minn sacerdot fuq it-tifsira tal-konsagrazzjoni lil Sidtna Marija. Imbaghad tibda l-purcissjoni lejn l-istatwa. Id-diretturi spiritwali jimxu l-ewwel, wiehed wara l-iehor. Wara dawn jimxu l-legjunarji wiehed wiehed ukoll, barra mill-kaz ta’ numru kbir,
meta jistghu jimxu tnejn tnejn. Kif jasal hdejn il-vexillum, kull wiehed (jew
kull tnejn) jieqaf’ imbaghad b’idu fuq il-bastun
tal-vexillum itenni b’lehen sod, bhala att ta’ konsagrazzjoni individwali, dawn il-kelmiet: “Jiena
kollni tieghek, Sultana u Omm tieghi, u kull ma ghandi hu tieghek”. Wara
dan, il-legjunarju jhalli l-vexillum, ibaxxi rasu u jmur f’postu. Jekk
in-numru tal-legjunarji hu kbir, l-att individwali tal-konsagrazzjoni jiehu
hafna hin, izda b’daqshekk is-sbuhija tac-cerimonja x’tirbah ghandha
u mhux x’titlef. Ikun t’ghajnuna
li jindaqq orgni waqt il-purcissjoni tal-legjunarji lejn l-istatwa u lura.
Ma jaqbilx li jintuza
aktar minn vexillum wiehed. Rimedju bhal dan iqassar iva l-hin tac-cerimonja,
izda ma jhallihiex maghquda haga wahda. Mhux biss, izda din il-ghagla ma ddoqqx. Il-karatteristika specjali ta’ l-Acies
ghandha tkun l-ordini u d-dinjita taghha.
Meta l-legjunarji
kollha jkunu marru lura f’posthom, jinghad
mis-sacerdot, b’mod li jinstema, l-att ta’ konsagrazzjoni lil Marija f’isem dawk kollha prezenti. Wara dan kullhadd iqum bil-wieqfa u tinghaq il-Catena. Imbaghad, jekk ikun possibbli, tinghata
l-barka sagramentali; jinghad it-talb ta’ l-ahhar tal-Legjun, jitkanta innu, u l-Acies tintemm.
Ikun f’postu,
naturalment, li tigi ccelebrata quddiesa, fl-okkazzjoni ta’ l-Acies. Din issir minflok il-barka sagramentali, filwaqt li d-dettalji l-ohra tac-cerimonja jibqhu kif inhuma. Ic-celebrazzjoni tal-Misteru tal-Ghid tigbor go fiha u toffri lill-Missier Etern, permezz tal-“Medjatur
wahdieni” u fl-Ispirtu s-Santu, il-konsagrazzzjonijiet u l-offerti spiritwali kollha li tqieghdu fl-idejn materni ta’
“s-siehba generuza u l-qaddejja umli tal-Mulej” (LG 61).
Il-kiem tal-konsagrazzjoni
msemmi fuq, “Jiena kollni tieghek, ecc” m-ghandux
jinghad mekkanikament jew bla hsieb ta’ xejn. Kull membru ghandu jifhmu
b’mod kemm jista jkun profound u jhoss l-oghla sens ta’ gratitudni. Bhala
ghajnuna ghal dan, wiehed ghandu jistudja s-Sintesi Marjana, fl-appendici 11,
pagna 355. Din tipprova tispjega s-sehem uniku li Marija ghandha fis-salvazzjoni,
u ghalhekk il-kobor tad-dejn li kull wiehed ghandu lejha. Forsi s-Sintesi tista
tkun is-suggett ta’ qari spiritwali ta’ allocutio f’xi laqgha tal-praesidium qabel l-Acies. Hu ssuggerit li din tintuza wkoll bhala l-att ta’ konsagrazzjoni ta’ flimkien fic-cerimonja
stess.
“Marija hi
persuna li tbezza l-qawwiet ta’ l-inferm. Hi ‘tal-biza bhall-ezerctu
lest ghat-taqbida’ (Ghan 6:10), ghax bhala kmandant gharef’ jaf sewwa kif tqassam il-qawwa taghha, il-hniena taghha
u t-talb taghha, ghall-konfuzjoni tal-ghadu u ghall-gid tal-qaddejja taghhha” (Sant’Alfons Liguori).
2. IL-LAQGHA GENERALI TA’
KULL SENA: F’gurnata qrib kemm jista jkun tal-festa tal-Kuncizzjoni Immakulata, ghandha ssir laqgha
tal-membri kollha. Jekk nixtiequ, nistghu nibdewha b’celebrazzjoni fi knisja.
Wara ghandu
jkun hemm serata socjali. Jekk ma jkunx diga ntqal fil-funzjoni tal-knisja, it-talb kollu tal-Legjun ghandu jinghad maqsum fi
tlieta bhal fil-laqgha.
Ikun ahjar
jekk dan il-programm ikun fih kontribuzzjonijiet legjunarji biss. Barra minn
hwejjeg rikreattivi ghandu jkun hemm tahditiet jew qari ta’ kitbiet ta’ interess legjunarju.
M’hemmx
ghalfejn infakkru lil-legjunarji li m’ghandux ikun hemm formalitajiet. Ghandna
noqoghdu attenti specjalment ghal dan meta hafna legjunarji jiehdu sehem. Din
il-laqgha ghandha sservi biex dawk kollha prezenti jsiru jafu lil xulxin ahjar. Ghalhekk
il-programm ghandu jsir b’mod li wiehed ikun jista jiccaqlaq u jitkellem. L-inkarigati
ghandhom ifittxu li ma jhallux il-membri jingabru fi gruppi u b’hekk ixejnu l-iskop ewlieni ta’ din il-laqgha
li hu li jkabbar fil-familja legjunarja l-ispirtu t’ghaqda u ta’ mhabba.
“Il-ferh
kien ilibbes il-kavallerat spiritwali ta’ San Frangisk b’sehem helu. Bhala
kavalier veru ta’ Kristu, Frangisku ferah aktar milli wiehed jista jfisser, li seta jaqdi lis-Sid tieghu, jimxi warajh
fil-faqar u jixbhu fit-tbatija; u bhal ghannej u poeta t’Alla,
habbar lid-dinja kollha dan il-ferh tas-sema fil-qadi, ix-xebh u t-tbatija ta’ Kristu.
Il-hajja kollha ta’ Frangisku kienet f’armonija ma’ din in-nota fondamentali ta’ ferh. B’mohh kalm ghall-ahhar u mimli hena ghanna ghalih innifsu u ghal Alla ghanjiet
ta’ ferh. Kien ifittex li jkun dejjem ferhan minn gewwa u minn barra. Kien jaf ixerred ukoll din in-nota principali ta’ ferh fost l-ahwa intimi tieghu
u jaghmel minnha armonija hekk shiha li dawn kien jhossu ruhhom mghollija f’atmosfera kwazi tas-sema. B’dan il-ferh kien ukoll mimli kliem il-qaddis lill-bnedmin hutu.
Sahansitra l-priedki tieghu, minkejja l-penitenza li ghaliha kien jistedinhom, kienu jsiru innijiet ta’ ferh,
u n-nies ta’ kull klassi kenu jaghmlu festa malli kien jidher fosthom” (Felder: L-Ideali ta’ San Frangisk
t’Assisi).
3. FUNZJONI FIL-BERAH: Din il-funzjoni bdiet issir mill-ewwel zminijiet tal-Legjun. Mhix obbligatorja ghalkemm hu mixtieq hafna li ssir.
Tista ssir bhala harga, pellegrinagg, jew funzjoni fil-berah. Kif jigi
deciz mill-Curia, tista’ tkun jew funzjoni tal-Curia jew tal-praesidium. Fil-kaz
ta’ l-ahhar, zewg praesidia jew aktar jistghu jinghaqdu flimkien ghal din il-funzjoni.
4. IL-FUNZJONI TAL-PRAESIDIUM: Nirrikmandaw bil-herqa kollha li kull praesidium jaghmel funzjoni socjali qrib il-Festa tat-Twelid ta’ Marija. F’postijiet fejn hemm hafna praesidia, diversi praesidia jistghu jekk iridu
jinghaqdu u jaghmlu dan il-festin flimkien. Nies addattati li m’humiex legjunarji jistghu jigu mistiedna bil-hsieb li
nhajruhom jissiehbu fil-Legjun. Nirrikmandaw li jinghad it-talb kollu tal-Legjun (inkluz ir-ruzarju), maqsum fi tlieta kif
isur fil-laqgha tal-praesidium. Iz-zmien li dan it-talb jiehu mill-parti rikreattiva
tas-serata ma jkunx hlief ftit minuti, izda din il-qima lil Sidtna Marija tkun aktar minn imhallsa bis-success akbar tal-funzjoni. Is-Sultana tal-Legjun hija l-“Bidu tal-Ferh Taghna”, u hi twiegeb billi
taghni dik l-okkazjoni b’ferh specjali Bejn il-bicciet tal-muzika ghandu jkun hemm ghall-inqas tahdita qasira fuq il-Legjun. B’hekk kulhadd ikun jista’ jitghallem xi haga aktar fuq il-Legjun, u fl-istess
hin il-programm ikun aktar imzewwaq. Divertiment wahdu jispicca biex idejjaq.
5. IL-KUNGRESS:
L-ewwel kungress tal-Legjun sar mill-Curia ta’ Clare fl-Irlanda nhar Hadd il-Ghid ta’ l-1939. Is-success tieghu hajjar Curiae ohra jaghmlu l-istess, kif dejjem jigri meta haga tirnexxi, u issa din
il-funzjoni saret parti mis-sistema tal-Legjun. Kungress ghandu jkun limitat ghal Comitium jew ghal Curia. Laqghat ta’ daqs akbar ma jaqblux ma’ l-idea ewlenija ta’ kungress, u ma jaghtux il-frott
mistenni. Ghalhekk l-isem ta’ kungress m’ghandux jinghata lil laqghat
bhal dawk, jekk isiru; lanqas m’ghandhom jghaddu flok kungress. Imma nistghu
nistiednu ghall-kungress vizitaturi minn distretti ohra.
Il-Concilium iddecida li f’distrett m’ghandux ikun hemm kungress
aktar spiss minn darba kull sentejn. Din il-funzjoni ghandha tiehu jum shih. Jekk tinstab dar tar-religjuzi, din tholl hafna problemi. Il-porgramm, jekk jista’ jkun, ghandu jibda bil-quddiesa, wara ssir tahdita qasira mid-direttur spiritwali
jew sacerdot iehor, u jintemm bil-Barka Sagramentali.
Il-jun jitqassam f’sessjonijiet u kull wahda jkollha s-suggett taghha. Kull suggett ghandu jinfetah bi ftit kliem minn xi hadd li jkun hejja dan ix-xoghol
minn qabel. Kulhadd ghandu jiehu sehem
fid-diskussjonijiet ghax din li kulhadd jiehu sehem hija l-hajja nfisha tal-kungress.
Intennuh ghal darb’ohra li dawk li jippresiedu m’ghandhomx jitkellmu
hafna u lanqas jindahlu l-hin kollu fid-diskussjonijiet. Il-kungressi, bhal-laqghat
ta’ kunsill, ghandhom jitmexxew fuq il-metodu parlamentari, jigifieri li kulhadd jiehu sehem that it-tregija tal-president. Uhud minn dawk li jmexxu ghandhom tendenza
li jikkummentaw fuq kull haga li tinghad. Din il-haga hi tassew kontra l-idea
ta’ kungress, u ma ghandhiex tithalla ssir.
Nirrikmandaw li jkun hemm ghajnuna ta’ xi rapprezentanti ta’
kunsill oghla. Dawn jistghu jaghmlu xi dmirijiet specjali bhal dak li jippresiedu,
jifthu diskussjonijiet, u ohrajn.
Ghandna nevitaw it-tlellix ta’ l-oratorja, ghax dan inissel atmosfera
artificjali. Din m’hijiex l-atmosfera tal-Legjun; fiha ma jkun hemm l-ebda ispirazzjoni’ l-ebda problema ma tinhall.
Xi mindaqqiet fil-kungress jiehdu sehem il-legjunari kollha, xi mindaqqiet
l-ufficjali tal-praesidia biss. Fl-ewwel kaz il-legjunarji jistghu jinqasmu ghall-ewwel
sessjoni skont il-karigi differenti taghhom u l-membri ordinarji fi grupp ghalihom.
Kull grupp imbaghad jezamina d-dmirijiet u l-htigijiet specjali tieghu. Inkela l-legjunarji jistghu jinqasmu skont il-hidmiet li jaghmlu. Imma wiehed jista jaghzel jekk dan it-taqsim isirx jew le. U f’kull kaz m’ghandux ikun hemm taqsim izjed fis-sessjonijiet ta’ wara. Ma jaqbilx li
nlaqqghu l-membri flimkien u mbaghad nifirduhom ghall-bicca l-kbira tal-hin. Wiehed
ghandu jinnota li d-dmir ta’ l-ufficjali ghandu kamp akbar mir-rutina tal-hidmiet li ghandhom x-jaqsmu ma’ kull
wahda mill-karigi. Segretarju, per ezempju, li jillimita x-xoghol tieghu ghall-ktieb
tal-minuti, ma jkunx jaqdi dmiru bizzejjed. L-ufficjali kollha huma membri tal-Curia,
u ghalhekk is-sessjoni taghhom ghandha tistharreg metodi jif jistghu jtejbu x-xoghol tal-Curia, sew f’dak li ghandu
x’jaqsam mal-laqghat infushom, kif ukoll fit-tregija generali taghha.
Kungress m’ghandux ikun qisu biss laqgha ta’ Curia, u jiehu hsieb l-istess
irqaqat u mistoqsijiet ta’ tregija li jistghu jigu ttrattati f’Curia. Ghandu
jinteressa ruhu fil-principji, izda m’ghandniex xi nghidu,
il-Curia ghandha twettaq kull ma titghalem fil-kungress.
Is-sugetti li jintghazlu ghandhom ikunu dwar il-principji
ewlenija tal-Legjun. B’mod generali dawn huma:
1.
Is-sistema ta’ devozzjoni tal-Legjun. Il-membri ma jifhmux bizzejjed
il-Legjun jekk ma jaghrfux sewwa l-hafna ghamliet ta’ devozzjoni tieghu, u l-Legjun ma ithaddimx sewwa jekk dik id-devozzjoni
ma tinghaqadx hekk intimament max-xoghol attiv li tkun il-motiv u l-ispirtu tieghu; fi kliem iehor, id-devozzjoni ghandha
taghti l-hajja lix-xoghol kollu bhalma r-ruh taghti l-hajja lill-gisem.
2. Il-kwalitajiet legjunarji, u kif ghandna nizvilluppawhom.
3. Is-sistema metodika tal-Legjun, inkluz il-mod kif isiru
l-laqghat, u s-suggett importanti tar-rapporti tal-membri, jigifieri kif jinghataw u kif isiru kummenti fuqhom.
4. Il-hidmiet tal-Legjun, inkluz it-titjib ta’ metodi
u t-tfassil ta’ hidmiet godda li jghinu lil-Legjun biex jilhaq lil kull persuna.
Fost hwejjeg ohra, fil-kungress ghandha ssir tahdita specjali fuq xi
aspett tad-devozzjoni, l-idealizmu jew id-dmir legjunarju, minn xi direttur spiritwali jew minn xi legjunarju li jinqala’.
Kull sessjoni ghandha tibda u taghlaq bit-talb. It-talb tal-Legjun iservi ghal tlieta minn dawk l-okkazjonijiet.
Hu assolutament mehtieg li xi hadd jiehu hsieb izomm il-hin
u l-ordni. Nuqqas f’din il-haga jhassar il-gurnata.
Ghandna naghzlu suggetti differenti minn kungress ghal ta’
warajh li jsiru fl-istess distrett. F’kungress nistghu nithaddtu biss fuq
numru zghir ta’ suggetti, waqt li hu mixtieq li f’medda ta’ snin nistharrgu diversi suggetti godda. It-tieni, ma ghandna qatt inhossuna li m’ahniex mexjin ‘il quddiem. Ghalhekk inbiddlu jekk mhux ghal haga’ohra, biex inkunu biddilna. It-tielet, is-success ta’ Kungress li sar aktarx iwassalna biex darb’ohra nimxu fuq l-istess
programm. Izda parti minn dak is-success zgur kienet inkisbet ghax kien hemm
ideat godda, u dawn jintemmu wara l-ewwel darba. Jekk irridu affarijiet godda
biex naghtuh aktar hajja, kull kungress ghandu jigi ppjanat b’ghaqal kbir.
“Jekk nixtiequ nafu kif ir-ruh fidila ghandha tithejja ghall-migja
tal-Paraklitu Divin, ejjew immorru bil-hsieb fic-Cenaklu fejn id-dixxipli ltaqghu flimkien.
Hemmhekk, kif kien ordnalhom l-imghallem, huma qeghdin jissoktaw fit-talb huma u jinstennew mill-gholi l-Qawwa tigi
fuqhom u tlibbishom bil-korazza ghat-taqtigha li qed tistenniehom. F’dak
il-post imqaddes ta’ gabra u sliem ghajnejna jieqfu f’qima fuq Marija, l-Omm ta’ Gesu, l-akbar bicca xoghol
ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-Knisja t’Alla l-Haj. Minna tohrog, bhal
min guf ta’ omm, bil-hidma ta’ l-istess Spirtu s-Santu, il-knisja Militanti, li din Eva l-gdida tirrapprezenta u ghadha thaddan” (Gueranger: Is-Sena Liturgika).