-
SAN GUZEPP
Fit-talb tal-Legjun isem San Guzepp jigi wara s-sejhat lill-Qlub ta’ Gesu u ta’ Marija, kif
jigi warahom fis-Saltna tas-Sema. Kien il-kap tal-Familja Qaddisa u kellu responsabbilta
ewlenija u ghal kollox specjali lejn Gesu u Marija. Dan l-ikbar fost il-qaddisin
ghadu jwettaq l-istess hidma mal-Gisem Mistiku ta’ Gesu u l-Omm tieghu. L-ezistenza
u l-hidma tal-Knisja, u ghal-daqstant tal-Legjun, huma meghjuna minnu. Il-harsien
tieghu hu kontinwu, ta’ siwi u maghmul bi hlewwa ta’ missier; il-qawwa tieghu tigi biss wara l-qawwa materna ta’
Marija, u hekk ghandu jitqies mil-Legjun. Biex inhossu l-qawwa ta’ mhabbtu,
jinhtieg nifthu qalbna berah ghaliha b’imgiba li tixhed l-interess kbir li hu jiehu fina. Hu kien dejjem f’mohh Gesu u Marija, u huma kienu dejjem rikonoxxenti lejh ghal kulma kien jaghmel
ghalihom. Hekk ukoll il-legjunarji ghandhom izommuh f’mohhom b’mod
li ma jaqta qatt.
Is-solennita' ta’ San Guzepp, l-gharus ta’ l-Imqaddsa Vergni Marija, issir fid-19 ta’
Marzu. It-tifkira ta’ san Guzepp Haddiem issir fl-1 ta’ Mejju.
“Ma nistghux nifirdu l-hajja storika ta’ Gesu mill-hajja Mistika tieghu li tissokta
fil-Knisja. Mhux ghalxejn il-Papiet ipproklamaw lil San Guzepp protettur tal-Knisja. Ix-xoghol tieghu baqa dejjem l-istess fost it-tibdil taz-zminijiet u tad-drawwiet. Bhala protettur tal-Knisja ta’ Kristu jissokta jwettaq xejn anqas il-missjoni
tieghu fuq l-art. Minn zmien Nazaret il- familja t’Alla kibret u xterdet
ma’ l-erbat irjieh tad-dinja. Qalb Guzeppi kibret mad-daqs tal-paternita'
gdida tieghu li tissokta, u tisboq, il-paternita' mweighda minn Alla lil Abraham, missier kotra bla ghadd. Alla ma jitbiddilx fil-mod kif jimxi maghna; ma jergghax jibdielu, u lanqas iqalleb il-pjan tieghu kif
gieb u lahaq. Kollox unit, ordnat, konsistenti u kontinwu. Guzeppi, il-misier putattiv ta’ Gesu, hu wkoll il-missier putattiv ta’ l-ahwa ta’ Gesu, jigifieri ta’ l-Insara taz-zminijiet kollha.
Guzeppi, l-gharus ta’ Marija li wildet lil Gesu, jibqa maghqud misterjozament maghha waqt li jissokta fid-dinja t-twelid mistiku tal-Knisja. Ghalhekk
il-legjunarju ta’ Marija, li qed jahdem biex ikabbar is-Saltna t’Alla hawn fl-art, jigifieri l-Knisja, bir-ragun
jitlob il-harsien specjali ta’ dak li kien il-kap tal-Knisja sewwasew kif tiweldet, il-Familja Qaddisa” (Il-Kardinal
L. J> Suenens).
2. SAN
GWANN L-EVANGELISTA
Imsemmi fl-evangelju bhala “d-dixxiplu li Gesu kien ihobb”, San Gwann jidher hemm bhala l-mudell
tad-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Gesu. Fidil sa l-ahhar, zamm ma’
dik il-Qalb sakemm raha msikkta u minfuda fil-mewt. Wara jidher bhala l-mudell
tad-devozzjoni lejn il-Qalb bla tebgha ta’ Marija. Hu nnifsu kien safi
daqs anglu u ha l-post li Gesu stess kien jimla. Hu baqa jhobb lil Marija bhala
iben sakemm hi wkoll temmet hajjitha fuq din l-art.
Izda t-tielet kelma tal-Mulej minn fuq is-salib ma kinitx biss hsieb ta’ l-Ibej lejn Ommu l-Imbierka. Il-Mulej lemah f' San Gwann il-bnedmin kollha, imma l-iktar lil dawk li bil-fidi kienu
sa jinghaqdu mieghu. B’hekk ixxandret il-maternita' ta’ Marija lejn
il-bnedmin – il-hafna ahwa li fosthom Kristu nnifsu kien l-ewwel-. San
Gwann kien ir-rapprezentant ta’ dawn l-ulied godda kollha, l-ewwel fost
il-werrieta, mudell ghal dawk li kellhom jigu warajh, hu qaddis li lejh il-Legjun ghandu jkollu qima mill-qalb.
Hu habb lill-Knisja u lil kull ruh fiha, u ntefa’ b’ruhu u b’gismu ghas-servizz taghha. Kien appostlu, evangelista u kellu l-merti ta’ martri.
Hu kien is-sacerdot ta’ Marija, u ghalhekk hu patrun specjali tas-sacerdot legjunarju fis-servizz
tieghu f’dik il-ghaqda li tfittex li tkun xbieha hajja ta’ Marija.
Il-festa tieghu issir fis-27 ta’ Dicembru.
“Mela kif Gesu lemah lil Ommu u lid-dixxiplu li kien ihobb wieqaf hdejha, qal lil Ommu: ‘mara,
hawn hu ibnek’. Imbaghad qal lid-dixxiplu: ‘Hawn hi Ommok’. U minn dak il-hin id-dixxiplu hadha ghandu”. (Gw 19:26-27).
3. SAN LWIGI-MARIJA DE MONTFORT
“Minhabba decizjonijiet ohra li ma kellux ikun hemm patruni partikolari
u lokali, id-dhul ta’ isem il-Beatu Grignion de Montfort ghall-ewwel
jista’ jidher barra minn postu. Izda wiehed jista’ jghid bla tlaqliq
li ebda qaddis ma kellu x’jaqsam iktar minnu ma’ l-izvilupp tal-Legjun.
Il-Manwal huwa mimli bl-ispirtu tieghu. It-talb itenni l-istess kliem
tieghu. Tabilhaqq hu s-surmast tal-Legjun; u ghalhekk il-Legjun ghandu kwazi
obbligu morali li jsejjahlu fit-talb tieghu” (Decizjoni li biha l-Legjun qieghed l-isem tal-Beatu Grignion de Mntfort
fil-lista tas-sejhat).
Gie ddikjarat qaddis fl-20 ta’ Lulju ta’ l-1947, u l-festa tieghu issir fit-28 ta’
April.
“Mhux biss fundatur, izda wkoll missjunarju! U
iktar minn missjunarju, ghax fih nilmhu xi haga aktar: Hu duttur u teologu li tana Marjologija li bhalha hadd qablu ma kien
fassal. Gharbel hekk fil-fond l-gheruq tad-devozzjoni Marjana, u daqshekk wessa’
x-xefaq taghha, li minghajr dubju ta’ xejn sar il-habbar tal-grajjiet kollha ta’ Marija fi zminijietna: minn Lourdes
sa Fatima, mid-definizzjoni tat-tnissil bla tebgha sal-Legjun ta’ Marija. Sar
il-habbar tal-migja tas-Saltna t’Alla permezz ta’ Marija, u l-prekursur tas-salvazzjoni tant mixtieqa li fil-milja
taz-zminijiet il-Vergni Omm Alla ghad iggib fid-dinja permezz tal-Qalb taghha bla tebgha” (Federico Kardinal Tedeschini,
Arcipriet ta’ San Pietru: Diskors ta’ l-inawgurazzjoni ta’ l-istatwa ta’ San Lwigi-Marija de Montfort
f’San Pietru, nhar it-8 ta’ Dicembru ta’ l-1948).
“Jiena qed nara car minn issa li ghad jigu bhejjem feroci, jirtoghdu bir-rabja, biex iqattghu
dan il-ktejjeb bis-snien imxajtna taghhom u li dak li bih inqeda l-Ispirtu
s-Santu biex jiktbu; jew biex jidfnuh fid-dlam u s-sikta ta’ xi senduq u qatt ma jidher aktar u jintesa. Huma jattakkaw u jippersegwitaw ukoll lil dawk li jaqrawh u jipprattikawh. Izda x’jimporta? Anzi dan ikun ta’ gid. Din id-dehra tqawwili qalbi u gieghelni nitttama f’success kbir,
legjun kbir ta’ suldati qalbiena u ta’ hila ta’ Gesu u ta’ Marija, irgiel u nisa lesti biex
jiggieldu kontra d-dinja, ix-xitan u n-natura mhassra tal-bniedem fiz-zminijiet li gejjin meta l-periklu jkun wisq akbar!”
(San Lwigi-Marija de Montfort (miet fl-1716), DV 114).
4. SAN MIKIEL ARKANGLU
“Ghalkemm hu l-princep tal-qtajja tas-sema, San Mikiel juri l-ikbar hegga biex iqim lil Marija
u jgieghel lil haddiehor iqimha, waqt li dejjem jistenna bil-herqa li jkollu l-gieh
li hi tqabbdu jmur jghin lil xi hadd fost il-qaddejja taghha” (Santu Wistin).
San Mikiel kien dejjem il-patrun tal-poplu l-maghzul, l-ewwel
tal-Ligi l-Qadima u mbaghad tal-Gdida. Huwa jibqa’ d-difensur leali tal-Knisja. Imma l-protezzjoni li dejjem ta’ lil-Lhud
ma waqfitx meta huma qabdu triq ohra. Anzi saret aktar qawwija, ghax jehtiguha
u ghaliex huma mir-razza ta’ Gesu’, ta’ Marija u ta’ Guzeppi.
Il-Legjun iservi taht San Mikiel. Taht l-ispirazzjoni tieghu ghandu jistinka bl-imhabba
ghall-konverzjoni ta’ dak il-poplu, li mieghu l-Mulej ghamel patt ta’ mhabba ghal dejjem.
Il-festa tal-“kaptan ta’ l-ezerctu tal-Mulej” (Goz 5:14) issir fid-29 ta’Settembru.“Skond
ir-Rivelazzjoni, l-angli li jehdu sehem fil-hajja tat-Trinita' fid-dawl tal-glorja, huma msejhin biex jaghtu sehemhom fl-istorja
tas-salvazzjoni tal-bnedmin fil-mumenti stabbiliti mill-Providenza
Divina.
‘Mhumiex huma wkoll spirti qaddejja, mibghutin biex jaqdu lil dawk li ghandhom jiksbu s-salvazzjoni?’
Jistaqsi l-awtur ta’ l-ittra lil-Lhud (1:14). Il-Knisja temmen u tghallem
dan ghax insibuh fil-Kotba Mqaddsa fejn naqraw li l-hidma ta’ l-angli t-tajbin hija li jharsu l-bnedmin u jhajruhom
jimxu fit-triq tas-salvazzjoni” (Il-papa Gwanni Pawlu II, Udjenza Generali tas-6 ta’ Awissu ta l-1`986).
5 . SAN GABRIJEL
ARKANGLU
F’xi liturgiji, San Gabrijel u San Mikiel huma msemmija flimkien bhala rebbieha u princpijiet,
mexxejja ta’ l-ezerctu tas-sema, kaptani ta’ l-angli, qaddejja tal-glorja divina, ghassiesa u gwidi tal-bnedmin.
San Gabrijel hu l-Anglu tat-Thabbira. Kien permezz
tieghu li t-tifhir tat-Trinita' Qaddisa wasal lil Marija; li l-misteru tat-Trinita' gie mgharraf ghall-ewwel darba lill-bniedem, li thabbret l-Inkarnazzjoni, li t-tnissil bla tebgha ta’ Marija
gie ddikjarat, li nstemghu l-ewwel noti tar-ruzarju.
Aktar ‘il fuq issemmiet il-herqa li San Mikiel ghandu ghall-poplu Lhudi. Forsi wiehed jista’ jghid l-istess dwar San Gabrijel u l-Misilmin.
Dawn jemmnu li kien hu li tahom ir-religjon li jhaddnu. Dik l-asserzjoni,
ghalkemm bla bazi, tirrapprezenta certa attenzjoni lejh. Huwa jfittex li jroddha lura b’mod xieraq, jigifieri billi jdawlilhom mohhhom b’taghrif dwar
ir-rivelazzjoni Nisranija, li taghha hu kien il-kustodju. Izda wahdu ma jistax iwettaq dik il-bidla. Il-bniedem irid jikkoopera u dejjem ghandu jaghti s-sehem tieghu.
Gesu u Marija – haga li tista’ tidher stramba – ghandhom post gholi fil-Qur’an. F’dak il-ktieb jidhru kwazi bhal fl-Evangelju, izda li ma jaghmlu xejn. Dawn iz-zewg Persuni qaddisa jithallew jistennew hekk fl-Islam sakemm xi hadd jghinhom
jispjegaw il-pozizzjoni taghhom u jinsistu ghad-drittijiet taghhom. Il-Legjun
diga’ wera li ghandu talent ghal dan, u l-membri tieghu qeghdin jigu milqugha tajjeb ferm mill-Misilmin. F’dak il-materjal tal-Qur’an kemm hemm punti ta’ siwi li wiehed jista’ jispjega!
Il-festa ta’ San Mikiel, San Gabrijel u San Rafel tigi ccelebrata fid-29 ta’ Settembru.
“Il-Kotba Mqaddsa juruna wiehed mill-oghla personaggi tan-nobbilta' tal-genna mibghut f’ghamla
li tidher biex ihabbar lil Marija l-Misterju ta’ l-Inkarnazzjoni. Marija
giet mitluba li ssir Omm Alla permezz t’anglu ghaliex bil-maternita’ divina taghha kellu jkollha sovranita’,
qawwa u hakma fuq l-angli kollha. ‘Nistghu nghidu, ‘jikteb il-Papa
Piju XII, ‘li l-Arkanglu Gabrijel kien l-ewwel messaggier mis-sema tal-missjoni
rjali ta’ Marija’ (ACR 34). Gabrijel huwa mweggah bhala patrun ta’
dawk li jidhlu ghall missjonijiet importanti, li jwasslu ahbarijiet importanti ghal Alla.
Huwa wassal il-messagg t’Alla lil Marija. F’dak il-waqt hija
kienet flok il-bnedmin kollha, u hu kien jirraprezenta lill-angli kollha. Il-kliem
li qalu ‘l xulxin, li jkomplu jispira lill-bnedmin sa l-ahhar tad-dina, ifforma ftehim li fuqu ghad jinbnew ‘sema
gdid u art gdida’. Kemm kien tal-ghageb, mela, dak li tkellem ma’
Marija; kemm nonqsu jekk nghidu li l-parti tieghu kienet biss wahda passiva. Huwa
kien imdawwal ghall-ahhar u ta xhieda ta’ hila l-aktar kbira. Mimli qima
lejn Marija, huwa wiegeb bis-shih kull mistoqsija li ghamlitlu, ghax huwa kien il-kelliem u l-messaggier t’Alla. Mil-laqggha bejn Gabrijel u Marija hareg it-tigdid tal-holqien. Eva l-gdida biddlet il-herba li batghet l-ewwel Eva. Adam il-gdid, bhala r-Ras tal-Gisem Mistiku li jhaddan l-angli, feda mhux biss l-umanita, imma wkoll l-unur
ta’ l-angli li safa’ mtabba’ mill-angli l-hziena” (Dr Michael
O’Carroll, C.S.Sp).
6. SETGHAT TAS-SEMA, LEGJUN TA’ L-ANGLI TA’
MARIJA
“Regina Angelorum! Sultana ta’ l-Angli! X’seher u hlewwa
tal-genna jgibilna dan il-hsieb ta’ Marija Ommna mdawra bla gheda b’legjuni ta’ angli” (Il-Beatu Gwanni
XXIII).
"Marija hi l-general ta’ l-ezercti t’Alla. L-angli huma s-suldati l-aktar glorjuzi ta’ dik li hi
tal-biza bhall-ezerctu lest ghat-taqbida!” (Boudon: L-Angli).
L-angli kienu msejjha fit-talb tal-Legjun sa mill-bidu. Il-forma tas-sejha kienet:
San Mikiel Arkanglu, itlob ghalina
Imqaddsa Angli Kustodji, itolbu ghalina
F’dan wiehed ghandu jhoss
li l-Legjun kien ispirat, billi fil-bidu ma kinitx tidher daqstant cara r-relazzjoni fil-qrib li l-angli ghandhom mal-Legjun. Aktar ma ghadda z-zmien, aktar beda jidher car kemm hu xieraq li l-legjunarji jirrikorru
ghand l-angli. Fehmu li fit-taqtigha legjunarja fuq l-art, l-angli qed jaghmlu
l-parti taghhom mis-sema. Din ir-rabta ghandha aspetti differenti. Kull legjunarju, kemm attiv kif ukoll awzilarju, ghandu anglu kustodu li jitqabad daqqa ghal daqqa magenbu. F’certu sens dik il-taqbida tfisser aktar ghall-anglu milli ghal-legjunarju,
ghax l-anglu jifhem car x’hemm fin-nofs: il-glorja t’Alla u s-siwi ta’ ruh li ma tmut qatt. Ghalhekk l-interess ta’ l-anglu hu mill-aktar qawwi u l-ghajnuna tieghu ma tonqos qatt. Imma l-angli l-ohra kollha ghandhom ukoll interess f’din it-taqbida.
Per ezempju, dawk kollha li l-Legjun jahdem ghalihom ghandhom l-anglu kustodju taghhom li jaghtu l-ghajnuna taghhom.
Minbarra dan, l-eserctu kollu ta’ l-angli hu herqan li jiehu sehem fil-glieda. Ghaliex it-taqbida taghna hi parti minn gwerra kbira li sa mill-bidu huma ghamlu bla
waqfien kontra x-xitan u l-qaddejja tieghu.
L-angli huma moghtija post li jimpressjona kemm fit-Testment il-Qadim kif ukoll
fil-Gdid fejn jissemmew mijiet ta’ drabi. Huma meqjusa li jimxu mal-bnedmin
fit-taqbida taghhom u ghandhom il-missjoni li jharsu mill-qrib lill-bnedmin. Jidhlu
f’mumenti importanti. Kemm il-darba
nsibu l-frazi: “Alla baghat l-anglu tieghu”. Id-disa kori ta’
l-angli kollha huma b’xi mod ghassiesa: fuq il-bnedmin wiehed wiehed, fuq il-postijiet, fuq l-ibliet, fuq il-pajjizi,
fuq in-natura, u xi whud sahansitra fuq angli ohra shabhom. L-iskrittura turina
li l-pajjizi pagani wkoll ghandhom l-angli kustodji taghhom (Dan 4:10,20; 10:13). Il-kori ghandhom dawn l-ismijiet: angli, arkangli, kerubini, serafini, qawwiet, principati,
troni, virtujiet u dominazzjonijiet.
Ghaldaqstant, il-fatt hu li l-angli huma t’ghajnuna kemm flimkien
kif ukoll wiehed wiehed, u s-sehem li qeghdin jaghtu jixbah lil dak ta’ qawwa ta’ l-ajru fir-relazzjoni taghha
ma’ l-armata ta’ l-art.
Fl-ahhar deher car li s-sejha lill-angli kif kienet fil-bidu ma kenitx
turi din il-missjoni ta’ harsien universali li ghandhom l-angli. Gie deciz:
1.
li tinbidel u tigi moghtija forma ahjar:
2. li l-kelma “Legjun” ghandha tkun marbuta
ma’ l-angli. Il-Mulej innifsu darba uza dil-kelma ghall-angli u qaddisha
billi b’dal-mod qeghedha fuq xufftejh. Meta kien mghedded mil-ghedewwa
tieghu, huwa qal: “Tahseb int li ma nistax nitlob lil Missieri u jibghatli issa stess aktar minn tnax il-legjun ta’
angli?. (mt 26:53).
3. li l-isem ta’ Marija ghandu jigi mdahhal fis-sejha. Hija s-Sultana ta’ l-Angli. Hi
tassew il-Kmandant tal-Legjun ta’ l-Angli u tkun grazzja gdida ghal-Legjun taghna li jsellmilha b’dak it-titlu
li ghandu tifsira tant profonda.
Wara diskussjoni fit-tul fil-Legjun kollu, fid-19 ta’ Awissu tal
l-1962 din is-sejha inbidlet u saret hekk:
“Setghat tas-sema, Legjun ta’ l-Angli ta’ Marija, itolbu
ghalina”.
It-tifkira ta’ l-Angli Kustodji
ssir fit-2 ta’ Ottubru.
Hemm assocjazzjoni, imsejha Philangeli, li ghandha bhala skop li xxered
taghrif fuq l-angli u d-devozzjoni lejhom. Ic-centru principali taghha huwa:
Salvatorian Fathers, 129 Spencer Road, harrow Weald, Middlesex HA3 7BJ, l-Ingilterra.
"Is-sovranita' ta’ Marija fuq l-angli m’ghandhiex tittiehed
biss bhala gieh. Il-post regali taghha huwa li tiehu sehem f’dak ta’
Kristu, u hu jahkem b’mod assolut u universali l-holqien kollu. It-teologi
ghadhom ma spjegawx il-manjieri kollha li bihom Marija ssaltan flimkien ma’ Kristu Re.
Imma hi haga cara li s-sovranita' taghha hija ghajn t’azzjoni, u li l-effetti ta’ din l-azzjoni jaslu sat-truf
kemm ta’ l-univers li jidher kif ukoll ta’ dak li ma jidhirx. Hija
tidderiegi l-ispirti t-tajba u tikkontrolla l-hziena. Permezz taghha ssir din l-ghaqda li ma tinhall qatt bejn is-socjeta' tal-bnedmin u dik ta’ l-angli,
li biha l-holqien kollu jitmexxa lejn l-iskop veru tieghu: il-glorja tat-Trinita’.
Is-sovranita' taghha hija t-tarka taghna, ghaliex l-Omm u l-protettrici taghna ghandha s-setgha tikkmanda lill-angli
biex jghinuna. Ghaliha dan ifisser li tiehu sehem attiv ma’ Binha biex
jiddghajjef u jinqered l-imperu tax-xitan fuq il-bnedmin” (Dr Michael O’Carroll, C.S.SP.).
7.
SAN GWANN BATTISTA
Huwa fatt stramb li wiehed ma jistax jispjegah malajr, kif San Gwann Battista
ma kienx imqieghed formalment fost il-patruni tal-Legjun qabel it-18 ta’ Dicembru ta’ l-1949. Dan ghaliex hu marbut mas-sistema tad-devozzjoni tal-Legjun aktar mill-qrib minn kull patrun iehor, barra
San Guzepp.
1. Huwa t-tip tal-legjunarji kollha; fi kliem
iehor, prekursur tal-Mulej, li mar qablu biex ihejjilu t-tirq u jwittilu l-moghdijiet.
Kien mudell ta’ qawwa soda u fedelta' lejn il-missjoni tieghu li ghaliha kien lest imut, u li ghaliha tabilhaqq
miet.
2.
Barra min hekk, huwa gie fformat biex jaqdi l-missjoni tieghu min Sidtna Marija nfisha, kif il-legjunarji kollha suppost
ikunu. Sant’Ambrog jghid li l-iskop ewlieni li galih Marija qaghdet ghand
Elizabetta ftit taz-zmien gmielu kien il-formazzjoni u l-hatra tac-ckejken Profeta Kbir.
Il-mument ta’ dik il-formazzjoni jitafakkar fil-Catena, it-talba ewlenija taghna, li kull legjunarju ghandu jghid
kuljum.
3.
Din il-grazzja taz-zjara lil Elizabetta turi ghall-ewwel darba lil Sidtna Marija bhala Medjatrici,
u lil San Gwann bhala l-ewwel wiehed li gawda l-frott taghha. Hekk San Gwann
intwera mill-ewwel bhala patrun specjali tal-legjunarji u tal-kuntatti legjunarji, tal-hidma taz-zjajjar fl-ghamliet kollha
taghha, u tabilhaqq tal-hidmiet legjunarji kollha, ghax dawn m’humiex hlief sforzi biex nahdmu id f’id ma’
Marija fil-hidma taghha ta’ medjatrici.
4. Hu kien wiehed mill-elementi essenzjali fil-missjoni
ta’ Sidna Gesu Kristu. Dawk l-elementi kollha ghandu jkollhom post f’kull
sistema li tfittex li ggedded dik il-missjoni. Il-prekursur jibqa mehtieg. Jekk ma jkunx hemm hu biex jintroduci lil Gesu u lil Marija, jista jaghti l-kaz li
ma jidhrux fejn ikunu mistennija. Il-legjunarji ghandhom jaghrfu dan il-post
specjali ta’ San Gwann, u bil-fidi taghhom fih jghinuh biex ikompli l-missjoni tieghu.
“Jekk Gesu hu ghal dejjem ‘Dak I jigi qablu’, ghax il-pjan ta’ l-Inkarnazzjoni storika ta’ Kristu jitkompla fil-Gisem Mistiju tieghu” (Danielou).
5. Il-post li jixraq ghas-sejha lil San Gwann
hu fit-talb ta’ l-ahhar, wara s-sejha ta’ l-angli. Dan it-talb ghalhekk
juri l-Legjun miexi ‘l quddiem, that is-setgha ta’ l-Ispirtu li juri ruhu permezz ta’ Sidtna Marija bhala
Kolonna tan-nar; meghjun mil-Legjun ta’ l-Angli that it-tmexxija ta’ San Mikiel u San Gabrijel, quddiemu l-prekursur,
San Gwann, li jwettaq kif dejjem il-missjoni providenzjali tieghu; imbaghad il-generali tieghu, San Pietru u San Pawl.
6. San Gwann ghandu zewg celebrazzjonijiet liturgici. Dik tat-twelid issir fil-24 ta’ Gunju, u dik tal-martirju tieghu fid-29 ta’
Awissu.
“Jiena nemmen li l-misteru ta’ San Gwann ghadu qed jitwettaq
fid-dinja ta’ llum. L-ispirtu u l-virtu' ta’ San Gwann ghandhom l-ewwel
jigu f’ruh kull min irid jemmen f‘Gesu Kristu u jhejju ghall-Mulej poplu perfett, jiddrittaw il-moghdijiet l-imkejjen
horox ta’ qalbu, u jwittu t-triqat. L-ispirtu u l-virtu ta’ San Gwann
ghadhom jigu sa llum qabel il-migja tas-Sid u l-Feddej” (Origene).
7.
SAN PIETRU
“Bhala princep ta’ L-Appostli, San Pietru hu qabel kulhadd il-patrun
ta’ ghaqda t’appostolat. Kien l-ewwel Papa, izda jirraprezenta s-sensiela
glorjuza tal-Papiet kollha u l-Papa prezenti. Meta nsejhu lil San Pietru nkunu
nfissru ghal darb-ohra l-lealta’ tal-Legjun lejn Ruma, ic-centru tal-fidi taghna, l-ghajn tas-setgha, id-dixxiplina
u l-ghaqda” (Decizjoni tal-Legjun biex isem San Pietru jitqieghed fil-lista tas-sejhat).
Il-festa ta’ San Pietru u San Pawl issir fid-29 ta’ Gunju.
“U jiena nghidlek: Inti
Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tieghi, u s-setghat ta’ l-infern ma jeghlbuhiex. Jiena naghtik l-imfietah tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-lart ikun marbut fis-smewwiet,
u kull ma tholl fuq l-art ikun mahlul fis-smewwiet” (Mt 16:18-19).
8.
SAN PAWL
Ruh li trid tirbah l-ohrajn trid tkun kbira u wiesgha daqs il-bahar; biex tikkonverti lid-dinja jehtieg
tkun akbar mid-dinja. Hekk kien San Pawl mill-jum meta ghall-gharrieda dawl mis-sema
idda madwaru, u xehet id-dija tieghu go ruhu, u kebbes fiha x-xewqa theggeg li jimla d-dinja bl-isem u l-fidi ta’ Kristu. L-Appostlu tal-Gnus u il-hidma tieghu taghtih ismu.
Hadem bla mistrieh sakemm ix-xabla tal-bojja baghtet l-ispirtu qatt meghlub tieghu ghand Alla; u wara, il-kitba tieghu
baqghet hajja, u tibqa dejjem hajja biex tkompli l-missjoni tieghu.
Hi drawwa tal-Knisja li fit-talb taghha dejjem issiehbu ma’ San Pietru, haga tbilhaqqq ta’
gieh. Jixraq ukoll li jkun hekk, ghax flimkien dawn iz-zewgt erwieh kbar qaddsu
lil Ruma bil-martirju taghhom.
Il-Knisja ticcelebra l-festa taghhom fl-istess gurnata.
“Hames darbiet qlajt minghand il-Lhud l-erbghin daqqa neqsin wahda; tliet darbiet tawni bil-virgi,darb’ohra
haggruni. Tliet darbiet rajt il-gharqa, ghaddejt lejl u jum f’nofs ta’
bahar. Gahmilt safar bla ghadd: sibt ruhi f’perikli ta’ xmajjar,
perikli mill-hallelin, perikli min-nies ta’ gensi, perikli mill-pagani,
perikli fl-ibliet, perikli fid-dezert, perikli fil-bahar, perikli mill-ahwa qarrieqa.
Tahbit u xoghol iebes; kemm il-darba kelli nghaddi sahriet bla rqad, bil-guh u bil-ghatx; kemm il-darba kelli nghaddi
fis-sawm, fil-ksieh u fil-ghera!” (2 Kor 11:24-27).