Legion of Mary
Home | Guest Book Please Sign It | Formola ta' l-applikazzjoni | Fuqna | Download | Kelma mil-President | Kelma mis-Segretarju | Fundattur | Devozzjoni tal-Legjun | Il-patruni tal-Legjun | Dmirijiet tal-Legjonarju | It-talb | Funzjonijiet
It-talb

Ovjament jinghad it-talb li hu specifikat ghall din l-ghaqda biss

TALB TAL-BIDU

 

Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Amen

Ejja, Spirtu s-Santu, imla’ l-qlub tal-fidili tieghek u kebbes fihom in-nhar ta’ mhabbtek.

Ibghat l-Ispirtu tieghek u jinhalqu.

U inti ggedded wicc l-art.


NITOLBU

 Alla Missierna, xerred id-doni ta’ l-Ispirtu Qaddis tieghek fuq id-dinja.  Inti bghatt l-Ispirtu fuq il-knisja tieghek biex tibda xxandar l-evangelju: issa halli l-Ispirtu jkompli jahdem fid-dinja permezz tal-qalb ta’ dawk kollha li jemmnu. Bi Kristu Sidna. Amen.

 

Mulej, iftahli xofftejja.

U fommi jxandar it-tifhir tieghek.

 

O Alla, ejja ehlisni.

Muilej, fittex ghinni.

 

Glorja lill-Missier, l-Iben, u l-Ispirtu s-Santu.

Kif kiem mill-bidu, issa u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.

 

HAMES   POSTI   RUSARJU

 

SLIEMA   GHALIK,   SULTANA!

 

Itlob ghalina qaddisa Omm Alla.

Biex ikun jisthoqqilna dak li weghedna Kristu.


NITOLBU  

O Alla li l-Iben il-Wahdieni tieghek qalghelna l-premju tal-hajja ta’ dejjem bil-hajja, il-mewt u l-qawmien tieghu, aghtina nitolbuk, li ahna u niftakru f’dawn il-misteri fir-ruzarju mqaddes tal-Vergni Marija, nimxu fuq kull ma fihom, u naqilghu kulma jwieghdu. Bi Kristu Sidna. Amen.

 

Qalb ta’ Gesu’ l-izjed Qaddisa                          Henn ghalina.

 

Qalb bla tebgha ta’ Marija                                 Itlob ghalina.

 

San Guzepp                                                      Itlob ghalina

 

San Gwann l-Evangelista                                   Itlob ghalina

 

San Lwigi-Marija de Montfort                           Itlob ghalina

 

Fl-isem tal-Missier, u ta’l-iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Amen.


CATENA    LEGIONIS

Antifona. Min hija dik li tielgha bhaz-zerniq, sabiha donnha l-qamar, tiddi bhax-xemx, tal-biza’ bhal ezerctu lest ghat-taqbida?

 

Ruhi + tfahhar il-kobor tal-Mulej,* u l-Ispirtu tieghi jifrah f’Alla s-Salvatur tieghi,

ghax hu xehet ghajnejh fuq ic-cokon tal-qaddejja tieghu.*

Iva, minn issa ‘l quddiem kull nisel isejjahli hienja, 

ghax is-setghani ghamel mieghi hwejjeg kbar;*

Qaddis hu l-isem tieghu. 

Il-hniena tieghu tinfirex f’kull zmien* fuq dawk li jibzghu minnu.

Hu wera l-qawwa ta’ drieghu,* xerred il-dawk li huma mkabbra f’ qalbhom.

Nizzel is-setghana minn fuq it-tron taghhom,*

U gholla c-ckejknin.

Mela b’ kull gid lil min hu bil-guh,* u l-ghonja baghathom ‘il barra b’ xejn.

Ha hsieb Izrael, qaddej tieghu,* ghax ftakar fil-hniena tieghu,

Bhalma wieghed lil missirijietna,* b’ rizq Abraham u nislu ghal dejjem.

Glorja lill- Missier, u lill-Iben,* u lill-Ispirtu s-Santu.

Kif kien mill-bidu, issa u dejjem,* u jibqa’ ghal dejjem ta’ dejjem. Amen.

Antifona. Min hija dik li tielgha bhaz-zerniq, sabiha donnha l-qamar, tiddi bhax-xemx, tal-biza’ bhal ezerctu lest ghat-taqbida?

O Marija, imnissla bla dnub.

Itlob ghalina, li qed nirrikorru lejk.


NITOLBU

Mulej Gesu Kristu, Medjatur taghna quddiem il-Missier, li l-Vergni Mqaddsa Ommok, ghogbok taghmilha Ommna wkoll u Medjatrici taghna quddiemek, aghtina, fil-hniena tieghek, li kull min jersaq ghandek biex jitolbok il-grazzji, jithenna li jaqlaghhom kollha permezz taghha. Amen.


TALB TA’L-AHHAR

Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Amen.

 

Taht il-harsien tieghek niskennu, Omm Qaddisa ta’ Alla; la twarrabx minn quddiemek it-talb li naghmlulek fi htiigijietna, u ehlisna dejjem minn kull tigrib, O Vergni glorjuza u mbierka.

Marija Immakulata, Medjatrici tal-grazzji kollha 

(jew is-sejha skond l-isem tal-praesidium)                              Itlob ghalina

 

San Mikiel u San Gabrijel                                                           Itlob ghalina

 

Setgħat tas-Sema, Legjun ta’ l-Angli ta’ Marija                         Itolbu ghalina

 

San Gwann Battista                                                                    Itlob ghalina

 

San Pietru u San Pawl                                                               Itolbu ghalina

 Mulej, nissel fina, li qeghdin inservu taht l-istandard ta’ Marija, dik il-milja ta’ fidi fik u ta’ tama fiha, li jistghu jirbhu d-dinja.

Aghtina fidi hajja, mixghula bl-imhabba, li biha nkunu nistghu ntemmu l-ghemil kollu taghna mheggin mill-imhabba safja lejk, u naghrfu u naqdu dejjem lilek fil-proxxmu taghna;

 Fidi qawwija u shiha bhal blata, li biha qalbna tkun dejjem kwieta u soda qalb is-slaleb, it-tigrib u t-tweghir tal-hajja;

 Fidi qalbenija li ggaghalna nibdew u ntemmu minghajr tixjir ta’ biza’ hwejjeg kbar ghal glorja tieghek u ghas-salvazzjoni ta’l-erwieh;

 Fidi li tkun il-kolonna tan-nar tal-Legjun taghna, li tmexxina’l quddiem ghalenija, li tkebbes kullimkien in-nirien ta’ l-imhabba ta’ Alla,

 Li taghti d-dawl lil dawk li jinsabu fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt, li theggeg lil dawk li huma berdin, li terga’ taghti l-hajja lill-mejtin fid-dnub, u li tmexxi l-passi taghna fit-triq tal paci; sabiex, wara t-taqtigha ta’ din il-hajja, il-Legjun taghna jista’ jerga’ jinghaqad, bla hadd ma jintilef, fis-Saltna ta’ l-imhabba u tal-glorja tieghek. Amen

  Jalla l-erwieh tal-legjunarji mejtin taghna u l-erwieh tal-fidili kollha li ghaddew minn din il-hajja jaqilghu mill-hniena ta’ Alla l-mistrieh ta’ dejjem. Amen.

 Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu. Amen.

It-tessera hija fejn ikun hemm miktub it-talb

tessera.jpg

kuruna.gif

Ir-Ruzarju Mqaddes

Il-Bidu:    Alla taghna, isma' t-talb taghna, ehles ghinna u ieqaf maghna. Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu, kif kien mill-bidu,issa u dejjem u jibqa' ghall-dejjem ta' dejjem, Amen.  Marija Santissima, uri li inti ommna; permezz tieghek jilqa' talbna, Gesu li twieled minnek u sar bniedem bhalna.  O Gesu tieghi, ahfrilna dnubietna, ehlisna min-nar ta' l-infern; hu l-genna l-erwieh kollha, l-aktar dawk li ghandhom bzonn tal-hniena tieghek.

Il-Misteri tal-Ferh: (Jinghadu nhar ta' Tnejn u nhar ta' Sibt.)

  1. Meta l-Anglu Gabriel habbar lil Sidtna Marija li kellha tkun Omm Alla.

  2. Meta Sidtna Marija marret izzur lill-qariba taghha Santa Elizabetta.

  3. Meta Sidna Gesu Kristu twieled fil-ghar ta' Betlem.

  4. Meta Sidtna Marija pprezentat lil Binha Gesu fit-tempju.

  5. Meta Sidtna Marija tilfet lil Binha Gesu u wara tlett ijiem sabitu jiddisputa mad-dutturi.

Il-Misteri tad-Dawl: ( Jinghadu nhar ta' Hamis.)

  1. Meta Sidna Gesu Kristu tghammed fix-xmara Gordan.

  2. Meta Sidna Gesu Kristu wera lilu nnifsu fit-Tieg ta' Kana.

  3. Meta Sidna Gesu Kristu habbar is-Saltna t' Alla u sejjah ghal-indiema.

  4. Meta Sidna Gesu Kristu tbiddel quddiem l-Appostli fuq il-Muntanja Tabor.

  5. Meta Sidna Gesu Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-Misteru tal-Ghid.

Il-Misteri tat-Tbatija: ( Jinghadu nhar ta' Tlieta u nhar ta' Gimgha.)

  1. Meta Sidna Gesu Kristu ghamel l-orazzjoni fl-ort u ghereq l-gharaq tad-demm.

  2. Meta Sidna Gesu Kristu kien marbut mal-kolonna u fflagellawh.

  3. Meta Sidna Gesu Kristu kien inkurunat bix-xewk.

  4. Meta Sidna Gesu Kristu kien mghobbi bis-salib minghand Pilatu sal-Kalvarju.

  5. Meta Sidna Gesu Kristu kiem mislub fuq is-salib u wara tliet sighat ta' agunija, miet.

Il-Misteri tal-Glorja:( Jinghadu nhar ta' Erbgha u l-Hadd.)

  1. Meta Sidna Gesu Kristu qam minn bejn l-imwiet.

  2. Meta Sidna Gesu Kristu tela' s-sema.

  3. Meta Sidna Gesu Kristu baghat l-Ispirtu s-Santu fuq l-Appostli.

  4. Meta Sidtna Marija giet imtellgha s-sema bir-ruh u bil-gisem.

  5. Meta Sidtna Marija giet inkurunata mit-Trinita' Mqaddsa, bhala Sultana tas-Sema u l-art.

Is-Salve Regina:

Sliema ghalik, Sultana, omm tal-hniena, hajja, hlewwa u tama taghna, sliema ghalik.  Lilek inghajtu, ahna ittrufnati wlied Eva.  Lilek nitniehdu, ahna li nibku u nolfqu f' dan il-wied ta' dmugh.  Ejja mela avukata taghna, dawwar lejna dawk l-ghajnejn tieghek tal-hniena.  Urina wara dan it-turufnament lil Gesu frott imbierek tal-guf tieghek, O hanina, o pija, o helwa, Vergni Marija.

Itlob ghalina qaddisa Omm Alla;    Biex ikun jisthoqqilna dak li weghidna Kristu. 

Skond il-fehma tal-Papa: Missierna, Sliema u Glorja.

Ghall-Erwieh tal-Purgatorju: Missierna, Sliema, Aghtihom O Mulej ....il-mistrieh ta' dejjem....

Omm Gesu' Tfajjel

Copyright 2007 Legion Of Mary Fgura