Legion of Mary
Home | Guest Book Please Sign It | Formola ta' l-applikazzjoni | Fuqna | Download | Kelma mil-President | Kelma mis-Segretarju | Fundattur | Devozzjoni tal-Legjun | Il-patruni tal-Legjun | Dmirijiet tal-Legjonarju | It-talb | Funzjonijiet
Funzjonijiet

Dawn huma xi funzjonijiet li jsiru

 1.     L-ACIES: Fis-sistema tal-Legjun id-devozzjoni lejn Marija hija importanti.  Ghalhekk kull sena ghandha ssir il-konsagrazzjoni tal-legjunarji lil Sidtna Marija.  Il-konsagrazzjoni, li ghandha tkun sew individwali kif ukoll kollettiva, issir fil-25 ta’ Marzu, jew f’jum iehor qrib dik id-data, u tkun maghrufa bhala l-Acies.  Din il-kelma bil-Latin, li tfisser armata lesta ghat-taqbida, tixraq lil cerimonja li fiha l-legjunarji bhala korp jigabru biex igeddu l-fedelta taghghom lejn Marija, is-Sultana tal-Legjun, u biex jilqghu minn ghandha sahha u barka ghal taqbida ta’ sena ohra kontra  l-qawwiet tal-hazen.  Barra minn hekk, din il-kelma tinsab f’kuntrast qawwi ma’ preaesidium, li juri lil l-Legjun mhux aktar migbur flimkien, izda mferrex fit-taqsimiet differenti tieghu, kull wahda medhija fil-qasam partikolari tad-dmir taghha.

 L-Acies hi l-funzjoni l-kbira u ewlenija tal-Legjun ta’ kull sena, ghalhekk jehtieg li titfisser sewwa l-importanza li kull membru jmur ghaliha.  L-idea fondamentali tal-Legjun li fuqha hi mibnija kull haga ohra hija dik li jahdem f’ghaqda ma’ Marija, is-Sultana tieghu, u fi spirtu ta’ dipendenza minnha.  L-Acies hi t-tifsir solenni ta’ dik l-ghaqda u dipendenza, it-tigdid, individwali u kollettiv, ta’ l-istqarrija legjunarja ta’ fedelta.  Ghalhekk hu car li kull legjunarju li jista’ jmur ghaliha, u ma jmurx, ftit jew xejn ghandu spirtu legjunarju fih.  It-tishib ta’ nies bhal dawn mhuwiex ta’ siwi ghal-Legjun.

L-Acies ghandha ssir kif ser jinghad:

Dakinhar tac-cerimonja l-legjunarji li jingabru jekk jista jkun fi knisja.  F’post xieraq titqieghed statwa tal-Kuncizzjoni Immakulata, imzejna    bil-fjuri u x-xema.  Quddiem l-istatwa ghandu jitqieghed mudell kbir   tal-vexillum tal-Legjun, li hu mfisser f’kapitlu 27.

  Ic-cerimonja tibda bil-kant ta’ innu u wara jinghad it-talb tal-bidu        tal-Legjun u r-ruzarju.  Wara ssir tahdita minn sacerdot fuq it-tifsira     tal-konsagrazzjoni lil Sidtna Marija.  Imbaghad tibda l-purcissjoni lejn   l-istatwa.  Id-diretturi spiritwali jimxu l-ewwel,  wiehed wara l-iehor.  Wara dawn jimxu l-legjunarji wiehed wiehed ukoll, barra mill-kaz ta’ numru kbir, meta jistghu jimxu tnejn tnejn.  Kif jasal hdejn il-vexillum, kull wiehed (jew kull tnejn) jieqaf’ imbaghad b’idu fuq il-bastun          tal-vexillum itenni b’lehen sod, bhala att ta’ konsagrazzjoni individwali, dawn il-kelmiet: “Jiena kollni tieghek, Sultana u Omm tieghi, u kull ma ghandi hu tieghek”.  Wara dan, il-legjunarju jhalli l-vexillum, ibaxxi rasu u jmur f’postu.  Jekk in-numru tal-legjunarji hu kbir, l-att individwali   tal-konsagrazzjoni jiehu hafna hin, izda b’daqshekk is-sbuhija  tac-cerimonja x’tirbah ghandha u mhux x’titlef.   Ikun  t’ghajnuna li jindaqq orgni waqt il-purcissjoni tal-legjunarji lejn l-istatwa u lura.

Ma jaqbilx li jintuza aktar minn vexillum wiehed.  Rimedju bhal dan iqassar iva l-hin tac-cerimonja, izda ma jhallihiex maghquda haga wahda.  Mhux biss, izda din il-ghagla ma ddoqqx.  Il-karatteristika specjali ta’ l-Acies ghandha tkun l-ordini u d-dinjita taghha.

Meta l-legjunarji kollha jkunu marru lura f’posthom, jinghad               mis-sacerdot, b’mod li jinstema, l-att ta’ konsagrazzjoni lil Marija f’isem dawk kollha prezenti.  Wara dan kullhadd iqum bil-wieqfa  u tinghaq il-Catena.  Imbaghad, jekk ikun possibbli, tinghata l-barka sagramentali; jinghad it-talb ta’ l-ahhar tal-Legjun, jitkanta innu, u l-Acies tintemm. 

Ikun f’postu, naturalment, li tigi ccelebrata quddiesa, fl-okkazzjoni ta’    l-Acies.  Din issir minflok il-barka sagramentali, filwaqt li d-dettalji  l-ohra tac-cerimonja jibqhu kif inhuma.  Ic-celebrazzjoni tal-Misteru    tal-Ghid tigbor go fiha u toffri lill-Missier Etern, permezz tal-“Medjatur wahdieni” u fl-Ispirtu s-Santu, il-konsagrazzzjonijiet u l-offerti spiritwali kollha li tqieghdu fl-idejn materni ta’ “s-siehba generuza u l-qaddejja umli tal-Mulej” (LG 61).

 Il-kiem tal-konsagrazzjoni msemmi fuq, “Jiena kollni tieghek, ecc”      m-ghandux jinghad mekkanikament jew bla hsieb ta’ xejn.  Kull membru ghandu jifhmu b’mod kemm jista jkun profound u jhoss l-oghla sens ta’ gratitudni.  Bhala ghajnuna ghal dan, wiehed ghandu  jistudja s-Sintesi Marjana, fl-appendici 11, pagna 355.  Din tipprova tispjega s-sehem uniku li Marija ghandha fis-salvazzjoni, u ghalhekk il-kobor tad-dejn li kull wiehed ghandu lejha.  Forsi s-Sintesi tista tkun is-suggett ta’ qari spiritwali ta’ allocutio f’xi laqgha tal-praesidium qabel l-Acies.  Hu ssuggerit li din tintuza wkoll bhala l-att ta’ konsagrazzjoni ta’ flimkien fic-cerimonja stess.

“Marija hi persuna li tbezza l-qawwiet ta’ l-inferm.  Hi ‘tal-biza bhall-ezerctu lest ghat-taqbida’ (Ghan 6:10), ghax bhala kmandant gharef’ jaf sewwa kif tqassam il-qawwa taghha, il-hniena taghha u t-talb taghha, ghall-konfuzjoni tal-ghadu u ghall-gid tal-qaddejja taghhha” (Sant’Alfons Liguori). 

2.     IL-LAQGHA GENERALI TA’ KULL SENA: F’gurnata qrib kemm jista jkun tal-festa tal-Kuncizzjoni Immakulata, ghandha ssir laqgha tal-membri kollha.  Jekk nixtiequ, nistghu nibdewha b’celebrazzjoni fi knisja.

 Wara ghandu jkun hemm serata socjali.  Jekk ma jkunx diga ntqal       fil-funzjoni tal-knisja, it-talb kollu tal-Legjun ghandu jinghad maqsum fi tlieta bhal fil-laqgha.

 Ikun ahjar jekk dan il-programm ikun fih kontribuzzjonijiet legjunarji biss.  Barra minn hwejjeg rikreattivi ghandu jkun hemm tahditiet jew qari ta’ kitbiet ta’ interess legjunarju.

 M’hemmx ghalfejn infakkru lil-legjunarji li m’ghandux ikun hemm formalitajiet.  Ghandna noqoghdu attenti specjalment ghal dan meta hafna legjunarji jiehdu sehem.  Din il-laqgha ghandha sservi biex dawk kollha prezenti jsiru jafu lil xulxin ahjar.  Ghalhekk il-programm ghandu jsir b’mod li wiehed ikun jista jiccaqlaq u jitkellem.  L-inkarigati ghandhom ifittxu li ma jhallux il-membri jingabru fi gruppi u b’hekk ixejnu l-iskop ewlieni ta’ din il-laqgha li hu li jkabbar fil-familja legjunarja l-ispirtu t’ghaqda u ta’ mhabba.

 “Il-ferh kien ilibbes il-kavallerat spiritwali ta’ San Frangisk b’sehem helu.  Bhala kavalier veru ta’ Kristu, Frangisku ferah aktar milli wiehed jista jfisser, li seta jaqdi lis-Sid tieghu, jimxi warajh fil-faqar u jixbhu    fit-tbatija; u bhal ghannej u poeta t’Alla, habbar lid-dinja kollha dan il-ferh tas-sema fil-qadi, ix-xebh u t-tbatija ta’ Kristu.  Il-hajja kollha ta’ Frangisku kienet f’armonija ma’ din in-nota fondamentali ta’ ferh.  B’mohh kalm ghall-ahhar u mimli hena ghanna ghalih innifsu u ghal Alla ghanjiet ta’ ferh.  Kien ifittex li jkun dejjem ferhan minn gewwa u minn barra.  Kien jaf ixerred ukoll din in-nota principali ta’ ferh fost l-ahwa intimi tieghu u jaghmel minnha armonija hekk shiha li dawn kien jhossu ruhhom mghollija f’atmosfera kwazi tas-sema.  B’dan il-ferh kien ukoll mimli kliem il-qaddis lill-bnedmin hutu.  Sahansitra l-priedki tieghu, minkejja l-penitenza li ghaliha kien jistedinhom, kienu jsiru innijiet ta’ ferh, u n-nies ta’ kull klassi kenu jaghmlu festa malli kien jidher fosthom” (Felder: L-Ideali ta’ San Frangisk t’Assisi).

  3.     FUNZJONI FIL-BERAH: Din il-funzjoni bdiet issir mill-ewwel zminijiet tal-Legjun.  Mhix obbligatorja ghalkemm hu mixtieq hafna li ssir.  Tista ssir bhala harga, pellegrinagg, jew funzjoni fil-berah.  Kif jigi deciz mill-Curia, tista’ tkun jew funzjoni tal-Curia jew tal-praesidium.  Fil-kaz ta’ l-ahhar, zewg praesidia jew aktar jistghu jinghaqdu flimkien ghal din il-funzjoni.

 4.     IL-FUNZJONI TAL-PRAESIDIUM: Nirrikmandaw  bil-herqa kollha li kull praesidium jaghmel funzjoni socjali qrib il-Festa tat-Twelid ta’ Marija.  F’postijiet fejn hemm hafna praesidia, diversi praesidia jistghu jekk iridu jinghaqdu u jaghmlu dan il-festin flimkien. Nies addattati li m’humiex legjunarji jistghu jigu mistiedna bil-hsieb li nhajruhom jissiehbu fil-Legjun. Nirrikmandaw li jinghad it-talb kollu tal-Legjun (inkluz ir-ruzarju), maqsum fi tlieta kif isur fil-laqgha tal-praesidium.  Iz-zmien li dan it-talb jiehu mill-parti rikreattiva tas-serata ma jkunx hlief ftit minuti, izda din il-qima lil Sidtna Marija tkun aktar minn imhallsa bis-success akbar tal-funzjoni.  Is-Sultana tal-Legjun hija l-“Bidu tal-Ferh Taghna”, u hi twiegeb billi taghni dik l-okkazjoni b’ferh specjali Bejn il-bicciet tal-muzika ghandu jkun hemm ghall-inqas tahdita qasira fuq il-Legjun.  B’hekk kulhadd ikun jista’ jitghallem xi haga aktar fuq il-Legjun, u fl-istess hin il-programm ikun aktar imzewwaq.  Divertiment wahdu jispicca biex idejjaq.

  5.     IL-KUNGRESS: L-ewwel kungress tal-Legjun sar mill-Curia ta’ Clare fl-Irlanda nhar Hadd il-Ghid ta’ l-1939.  Is-success tieghu hajjar Curiae ohra jaghmlu l-istess, kif dejjem jigri meta haga tirnexxi, u issa din il-funzjoni saret parti mis-sistema tal-Legjun. Kungress ghandu jkun limitat ghal Comitium jew ghal Curia.  Laqghat ta’ daqs akbar ma jaqblux ma’ l-idea ewlenija ta’ kungress, u ma jaghtux il-frott mistenni.  Ghalhekk l-isem ta’ kungress m’ghandux jinghata lil laqghat bhal dawk, jekk isiru; lanqas m’ghandhom jghaddu flok kungress.  Imma nistghu nistiednu ghall-kungress vizitaturi minn distretti ohra.

Il-Concilium iddecida li f’distrett m’ghandux ikun hemm kungress aktar spiss minn darba kull sentejn.  Din il-funzjoni ghandha tiehu jum shih.  Jekk tinstab dar tar-religjuzi, din tholl hafna problemi. Il-porgramm, jekk jista’ jkun, ghandu jibda bil-quddiesa, wara ssir tahdita qasira mid-direttur spiritwali jew sacerdot iehor, u jintemm    bil-Barka Sagramentali. 

Il-jun jitqassam f’sessjonijiet u kull wahda jkollha s-suggett taghha.  Kull suggett ghandu jinfetah bi ftit kliem minn xi hadd li jkun hejja dan ix-xoghol minn qabel.  Kulhadd ghandu jiehu sehem  fid-diskussjonijiet ghax din li kulhadd jiehu sehem hija l-hajja nfisha tal-kungress.

Intennuh ghal darb’ohra li dawk li jippresiedu m’ghandhomx jitkellmu hafna u lanqas jindahlu l-hin kollu fid-diskussjonijiet.  Il-kungressi, bhal-laqghat ta’ kunsill, ghandhom jitmexxew fuq il-metodu parlamentari, jigifieri li kulhadd jiehu sehem that it-tregija  tal-president.  Uhud minn dawk li jmexxu ghandhom tendenza li jikkummentaw fuq kull haga li tinghad.  Din il-haga hi tassew kontra l-idea ta’ kungress, u ma ghandhiex tithalla ssir.

 Nirrikmandaw li jkun hemm ghajnuna ta’ xi rapprezentanti ta’ kunsill oghla.  Dawn jistghu jaghmlu xi dmirijiet specjali bhal dak li jippresiedu, jifthu diskussjonijiet, u ohrajn.

 Ghandna nevitaw it-tlellix ta’ l-oratorja, ghax dan inissel atmosfera artificjali.  Din m’hijiex l-atmosfera tal-Legjun; fiha ma jkun hemm    l-ebda ispirazzjoni’ l-ebda problema ma tinhall.

 Xi mindaqqiet fil-kungress jiehdu sehem il-legjunari kollha, xi mindaqqiet l-ufficjali tal-praesidia biss.  Fl-ewwel kaz il-legjunarji jistghu jinqasmu ghall-ewwel sessjoni skont il-karigi differenti taghhom u l-membri ordinarji fi grupp ghalihom.  Kull grupp imbaghad jezamina d-dmirijiet u l-htigijiet specjali tieghu.  Inkela      l-legjunarji jistghu jinqasmu skont il-hidmiet li jaghmlu.  Imma wiehed jista jaghzel jekk dan it-taqsim isirx jew le.  U f’kull kaz m’ghandux ikun hemm taqsim izjed fis-sessjonijiet ta’ wara. Ma jaqbilx li nlaqqghu l-membri flimkien u mbaghad nifirduhom ghall-bicca l-kbira tal-hin.  Wiehed ghandu jinnota li d-dmir ta’ l-ufficjali ghandu kamp akbar mir-rutina tal-hidmiet li ghandhom x-jaqsmu ma’ kull wahda mill-karigi.  Segretarju, per ezempju, li jillimita x-xoghol tieghu ghall-ktieb tal-minuti, ma jkunx jaqdi dmiru bizzejjed.  L-ufficjali kollha huma membri tal-Curia, u ghalhekk is-sessjoni taghhom ghandha tistharreg metodi jif jistghu jtejbu x-xoghol tal-Curia, sew f’dak li ghandu x’jaqsam mal-laqghat infushom, kif ukoll fit-tregija generali taghha.

  Kungress m’ghandux ikun qisu  biss laqgha ta’ Curia, u jiehu hsieb    l-istess irqaqat u mistoqsijiet ta’ tregija li jistghu jigu ttrattati f’Curia.  Ghandu jinteressa ruhu fil-principji, izda m’ghandniex xi nghidu,      il-Curia ghandha twettaq kull ma titghalem fil-kungress.

  Is-sugetti li jintghazlu ghandhom ikunu dwar il-principji ewlenija tal-Legjun.  B’mod generali dawn huma:

 1.     Is-sistema ta’ devozzjoni tal-Legjun.  Il-membri ma jifhmux bizzejjed il-Legjun jekk ma jaghrfux sewwa l-hafna ghamliet ta’ devozzjoni tieghu, u l-Legjun ma ithaddimx sewwa jekk dik id-devozzjoni ma tinghaqadx hekk intimament max-xoghol attiv li tkun il-motiv u l-ispirtu tieghu; fi kliem iehor, id-devozzjoni ghandha taghti l-hajja lix-xoghol kollu bhalma r-ruh taghti l-hajja lill-gisem.

2.     Il-kwalitajiet legjunarji, u kif ghandna nizvilluppawhom.

3.     Is-sistema metodika tal-Legjun, inkluz il-mod kif isiru l-laqghat, u s-suggett importanti tar-rapporti tal-membri, jigifieri kif jinghataw u kif isiru kummenti fuqhom.

4.     Il-hidmiet tal-Legjun, inkluz it-titjib ta’ metodi u t-tfassil ta’ hidmiet godda li jghinu lil-Legjun biex jilhaq lil kull persuna.

 Fost hwejjeg ohra, fil-kungress ghandha ssir tahdita specjali fuq xi aspett tad-devozzjoni, l-idealizmu jew id-dmir legjunarju, minn xi direttur spiritwali jew minn xi legjunarju li jinqala’.

  Kull sessjoni ghandha tibda u taghlaq bit-talb.  It-talb tal-Legjun iservi ghal tlieta minn dawk l-okkazjonijiet.

  Hu assolutament mehtieg li xi hadd jiehu hsieb izomm il-hin u l-ordni.  Nuqqas f’din il-haga jhassar il-gurnata.

  Ghandna naghzlu suggetti differenti minn kungress ghal ta’ warajh li jsiru fl-istess distrett.  F’kungress nistghu nithaddtu biss fuq numru zghir ta’ suggetti, waqt li hu mixtieq li f’medda ta’ snin nistharrgu diversi suggetti godda.  It-tieni, ma ghandna qatt inhossuna li m’ahniex mexjin ‘il quddiem.  Ghalhekk inbiddlu jekk mhux ghal haga’ohra, biex inkunu biddilna.  It-tielet, is-success ta’ Kungress li sar aktarx iwassalna biex darb’ohra nimxu fuq l-istess programm.  Izda parti minn dak is-success zgur kienet inkisbet ghax kien hemm ideat godda, u dawn jintemmu wara l-ewwel darba.  Jekk irridu affarijiet godda biex naghtuh aktar hajja, kull kungress ghandu jigi ppjanat b’ghaqal kbir.

 “Jekk nixtiequ nafu kif ir-ruh fidila ghandha tithejja ghall-migja tal-Paraklitu Divin, ejjew immorru bil-hsieb fic-Cenaklu fejn id-dixxipli ltaqghu flimkien.  Hemmhekk, kif kien ordnalhom l-imghallem, huma qeghdin jissoktaw fit-talb huma u jinstennew mill-gholi l-Qawwa tigi fuqhom u tlibbishom bil-korazza ghat-taqtigha li qed tistenniehom.  F’dak il-post imqaddes ta’ gabra u sliem ghajnejna jieqfu f’qima fuq Marija, l-Omm ta’ Gesu, l-akbar bicca xoghol ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-Knisja t’Alla l-Haj.  Minna tohrog, bhal min guf ta’ omm, bil-hidma ta’ l-istess Spirtu s-Santu, il-knisja Militanti, li din Eva l-gdida tirrapprezenta  u ghadha thaddan” (Gueranger: Is-Sena Liturgika).

Dan fl-Aces kull membru minn Malta kollha kulhadd meta jmissu jpoggi idejh fuq id-dinja u jighd talba apposta biex igedded it-tishib tieghu

vecilium.jpg

Enter supporting content here

Copyright 2007 Legion Of Mary Fgura